1U Abram kellu disgħa u disgħin sena meta deherlu l-Mulej u qallu: “Jien El-Xaddaj. Imxi quddiemi u kun perfett.
3U Abram inxteħet wiċċu fl-art, u Alla kellmu u qallu:
4“Hawn jien. Ara l-patt tiegħi miegħek: Int tkun missier ta’ ħafna ġnus.
9U Alla żied jgħid lil Abraham:
“U int iżżomm il-patt tiegħi,
int u nislek warajk,
skont il-ġenerazzjonijiet tagħhom.”
10Dan hu l-patt li għandkom tħarsu bejni u bejnkom, u bejni u bejn nislek warajk għal dejjem: aħtnu kull raġel fostkom.
18U Abraham qal lil Alla: “Jalla Ismagħel ikun taħt għajnejk.”
19U Alla wieġbu: “Le! Sara, martek, tilidlek iben u ssemmih Iżakk, u jien nagħmel il-patt tiegħi miegħu għal dejjem, u ma’ nislu warajh.
22U Alla temm jitkellem miegħu, u tala’ minn quddiem Abraham.
23U Abraham qabad lil Ismagħel, ibnu, u lil kull min kien twieled f’daru, u ’l kull min kien xtrah bil-flus, kull raġel fost in-nies ta’ dar Abraham; u ħatinhom fil-laħam ta’ ġisimhom dak in-nhar stess kif kien qallu Alla.
24U Abraham kellu disgħa u disgħin sena meta nħaten fil-laħam ta’ ġismu.Ġen 17,10; Rum 4,11.
25Ibnu Ismagħel kellu tlettax-il sena meta nħaten fil-laħam ta’ ġismu.
26Dak in-nhar stess inħatnu Abraham u Ismagħel ibnu.
27U l-irġiel kollha ta’ daru, dawk li twieldu f’daru, u dawk li kienu mixtrija bil-flus mingħand il-barrani, inħatnu miegħu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.