APOKALISSI 15 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 15Il-martri jgħannu l-kantiku ta’ Mosè

1Imbagħad fis-sema rajt sinjal ieħor, kbir u tal-għaġeb: seba’ anġli li kellhom seba’ kastigi, dawk tal-aħħar, li bihom kellha tintemm il-korla ta’ Alla.

2U rajt bħal baħar tal-ħġieġ imħallat bin-nar, u weqfin fuq il-baħar tal-ħġieġ rajt lil dawk li kienu ħarġu rebbieħa fuq il-Bhima u fuq xbihitha u n-numru ta’ isimha; b’ċetri ta’ Alla f’idejhom,

3huma jgħannu l-kantiku ta’ Mosè l-qaddej ta’ Alla u l-kantiku tal-Ħaruf, u jgħidu:

“Kbar u tal-għaġeb l-għemejjel tiegħek,

Mulej, Alla li tista’ kollox;

ġusti u veri t-triqat tiegħek,

Sultan tal-ġnus.

4Min, Mulej, ma jibżax minnek

u ma jsebbaħx lil ismek?

Għax int waħdek qaddis;

il-ġnus kollha jiġu

u jinxteħtu quddiemek,

għax il-ġudizzji tiegħek intwerew.”Is-seba’ kastigi tas-seba’ bwieqi

5Wara dan jiena ħarist, u fis-sema nfetaħ it-Tempju, it-tinda tax-Xhieda Miktuba,

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help