1Għall-mexxej tal-kor. Maskil. Ta’ David,
6Tħobb kull xorta ta’ kliem ta’ ħsara,
ilsien qarrieq!
7Imma Alla jxejnek għal dejjem,
jaħtfek u jaqilgħek ’il barra minn għamartek,
jeqirdek minn art il-ħajjin.
8Il-ġusti mbagħad iħarsu miblugħa,
jidħku bih u jgħidu:
9“Araw il-bniedem li m’għamilx ’l Alla fortizza tiegħu,
imma ttama fl-għana kbir tiegħu,
qiegħed f’ġidu l-qawwa tiegħu!”
10Imma jien, bħal siġra taż-żebbuġ
li tħaddar fid-dar ta’ Alla,
nittama fit-tjieba ta’ Alla
għal dejjem ta’ dejjem.
11Infaħħrek għal dejjem għax dan int għamiltu;
inxandar ismek quddiem ħbiebek, għax hu tajjeb.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.