1U inti tgħid dakinhar:
“Irroddlok ħajr, Mulej, għaliex għadabt għalija;
imma l-korla tiegħek reġgħet lura, u farraġtni.
2Ara, Alla s-salvazzjoni tiegħi,
jiena nittama u ma jkollix mniex nibża’.
Għax qawwieti u għanjieti hu l-Mulej,
għalija sar is-salvazzjoni.”
3Kollkom ferħana timlew l-ilma
mill-għejun tas-salvazzjoni.
4F’dak il-jum għad tgħidu:
“Roddu ħajr lill-Mulej,
sejħu ismu,
għarrfu lill-ġnus bl-għemejjel tiegħu,
xandru li ismu huwa fl-għoli.
5Għannu lill-Mulej għax għamel ħwejjeġ kbar;
ħa jkun dan magħruf mal-art kollha.
6Aqbeż bil-ferħ, għanni, int li tgħammar f’Sijon,
għax kbir hu f’nofsok il-Qaddis ta’ Iżrael!”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.