RUMANI 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Il-ħajja ġdida fi Kristu

1Nitlobkom, l-aħwa, għall-ħniena ta’ Alla, offru ġisimkom b’sagrifiċċju ħaj, qaddis, jogħġob lil Alla, jiġifieri l-qima spiritwali tagħkom.

3Jiena ngħidilkom ilkoll bis-saħħa tal-grazzja li tani Alla: tippretendux li intom xi ħaġa aktar milli intom kif għandu jkun! Iżda kull wieħed minnkom iżomm ruħu ta’ li hu skont il-qjies tal-fidi li tah Alla.Il-liġi tal-ħajja nisranija

9Qisu li l-imħabba tagħkom ma tkunx wiċċ b’ieħor; taħmlux il-ħażen; żommu mat-tajjeb.Għam 5,15; 1 Pt 1,22.

10Ħobbu lil xulxin bħal aħwa; fittxu li tistmaw lil xulxin.Fil 2,3; 2 Pt 1,7.

11Tħallux il-ħrara tagħkom tibred, tħeġġu fl-ispirtu, aqdu lill-Mulej.Atti 18,25; Apk 3,15.

12Ifirħu bit-tama, stabru fl-hemm, itolbu bla waqfien.1 Tess 5,17.

13Aqsmu ġidkom mal-qaddisin li jinsabu fil-bżonn; ilqgħu f’darkom lill-barranin.Lhud 13,2.

14Bierku lil dawk li jippersegwitawkom; bierku, u la tisħtu lil ħadd.Mt 5,44; Lq 6,28; 1 Kor 4,12.

15Ifirħu ma’ min jifraħ, ibku ma’ min jibki.S 35,13.

16Aħsbu f’xulxin l-istess, taħsbux fi ħwejjeġ kbar, imma fittxu l-umli. Tagħmluhiex ta’ għorrief.Is 5,21.

17Troddu lil ħadd deni b’deni. Ħa jkun ħsiebkom filli tagħmlu t-tajjeb quddiem il-bnedmin kollha.1 Tess 5,15.

18Jekk jista’ jkun, sakemm ikun ġej minnkom, għixu fil-paċi ma’ kulħadd.Mk 9,50; Lhud 12,14.

19Tivvendikawx ruħkom b’idejkom, għeżież tiegħi, imma ħallu l-korla ta’ Alla tagħmel hi, għax hemm miktub: “Għalija l-vendetta, jiena nħallas, jgħid il-Mulej.”Lev 19,18; Dt 32,35; Mt 5,39; Rum 13,4; 2 Tess 1,6-7; Lhud 10,30.

20Jekk l-għadu tiegħek bil-ġuħ, itimgħu; jekk hu bil-għatx, isqih. Jekk tagħmel hekk tkun qiegħed tiġma’ ġamar jaqbad fuq rasu.Prov 25,21-22; Mt 5,44.

21Tħallix il-ħażen jirbħek, iżda irbaħ il-ħażen bit-tajjeb.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help