1Fi żmienu Nabukodonosor, sultan ta’ Babilonja, tala’ kontra tiegħu; u Ġeħojakim dam taħt il-ħakma tiegħu għal tliet snin, imma mbagħad qam kontrih.
5U l-bqija tal-ġrajja ta’ Ġeħojakim u kulma għamel huma miktuba fi Ktieb il-Ġrajja tas-Slaten ta’ Ġuda.
6U Ġeħojakim strieħ ma’ missirijietu; u beda jsaltan floku Ġeħojakin, ibnu.
7U s-sultan tal-Eġittu ma ħariġx aktar mill-art tal-Eġittu, għaliex is-sultan ta’ Babilonja ħa f’idejh kulma kellu s-sultan tal-Eġittu, mix-xmara tal-Eġittu sax-xmara tal-Ewfrat.
Ġeħojakin sultan ta’ Ġuda8Ġeħojakin kellu tmintax-il sena meta sar sultan, u dam isaltan tliet xhur f’Ġerusalemm; ommu kien jisimha Neħusta bint Elnatan, minn Ġerusalemm.
11Nabukodonosor resaq huwa wkoll għall-belt, waqt li l-qaddejja tiegħu kienu qegħdin idawruha minn kullimkien.
12Imbagħad Ġeħojakin, sultan ta’ Ġuda, mar quddiem is-sultan ta’ Babilonja, hu, ommu, il-qaddejja tiegħu, u l-kbarat u l-fizzjali tiegħu; u s-sultan ta’ Babilonja qabdu priġunier fit-tmien sena tas-saltna tiegħu.
13Dan ġarr minn hemm it-teżori kollha tat-tempju tal-Mulej u t-teżori tal-palazz tas-sultan, u farrak it-tagħmir kollu tad-deheb li Salamun, sultan ta’ Iżrael, kien għamel fit-tempju tal-Mulej; hekk seħħet il-kelma tal-Mulej.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.