MIKEA 3 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 3Għall-kbarat li jaħqru l-poplu

1Imbagħad jien għedt:

“Issa isimgħu, kbarat ta’ Ġakobb,

u mexxejja tad-dar ta’ Iżrael!

Mhux lilkom imiss li tagħrfu l-ġustizzja?

2Intom għedewwa tat-tjieba u ħbieb tal-ħażen,

li tisolħulhom il-ġilda minn fuqhom,

u laħamhom minn fuq għadamhom?

3Dawn huma li jieklu laħam il-poplu tiegħi;

iqaxxruhom u jfarrkulhom għadamhom;

iqattgħuhom qishom laħam għall-borom,

bħal biċċa laħam f’kazzola,

4u mbagħad jgħajtu lill-Mulej.

Iżda hu ma jweġibhomx;

hu jaħbi wiċċu minnhom f’dak iż-żmien,

talli kulma għamlu għamluh ħażin.Għall-profeti mixtrija

5Hekk jgħid il-Mulej dwar il-profeti,

li jtellfu t-triq lill-poplu tiegħi;

li jgħidu “Paċi!”

jekk ikollhom xi jgerrmu bi snienhom,

imma jħejju gwerra qaddisa

għal min ma jagħtihom xejn għal ħalqhom.

6Għalhekk ikollkom lejl fuqkom

u ma tarawx dehriet;

ikollkom dlam fuqkom

mingħajr tħabbir;

u tgħib ix-xemx għall-profeti,

u jiddallam għalihom il-jum.

7Imbagħad il-veġġenti jkollhom mniex jistħu,

il-ħabbara jħammru wiċċhom,

u lkoll jibdew jgħattu xufftejhom,

għax ebda tweġiba ma jkollhom minn Alla.

8Imma jien, jien mimli bil-qawwa,

bl-ispirtu tal-Mulej,

bil-ġustizzja u l-kuraġġ,

biex nuri ’l Ġakobb id-dnub tiegħu,

u l-ħtijiet tiegħu lil Iżrael.

Titħabbar il-qerda ta’ Sijon

9Isimgħu dan, mela,

kbarat tad-dar ta’ Ġakobb,

u mexxejja tad-dar ta’ Iżrael,

li għandkom mibegħda għall-ġustizzja,

u tħassru kulma hu sewwa,

10li tibnu ’l Sijon bid-demm,

u lil Ġerusalemm bil-ħażen.

11Il-kapijiet tagħha jinxtraw biex jagħmlu l-ġustizzja,

il-qassisin tagħha jridu l-ħlas biex jgħallmu,

il-profeti tagħha jridu l-flus biex jeħbru.

U madankollu jistrieħu fuq il-Mulej u jgħidu:

“Mhuwiex fostna l-Mulej?

Ħsara ma tiġix fuqna!”

12Għalhekk, minħabba fikom,

Sijon għad tinħarat bħal għalqa,

borġ ġebel għad issir Ġerusalemm,

u l-muntanja tat-tempju għolja kollha siġar.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help