2 SLATEN 18 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 18Ħeżekija sultan ta’ Ġuda

1Fit-tielet sena ta’ Ħosegħa bin Ela, sultan ta’ Iżrael, beda jsaltan Ħeżekija bin Aħaż, sultan ta’ Ġuda.

5Kien jittama fil-Mulej, Alla ta’ Iżrael, u warajh ma kien hemm ħadd bħalu fost is-slaten kollha ta’ Ġuda, la ta’ warajh u lanqas ta’ qablu.

6Kien miġbud lejn il-Mulej, u ma warrab qatt minn warajh; u kien iħares l-ordnijiet tiegħu, li l-Mulej kien ordna lil Mosè.

7U l-Mulej kien miegħu u kellu r-riżq f’kulma kien jidħol għalih. U qam kontra s-sultan tal-Assirja u ma baqax iservih;, sultan tal-Assirja, tala’ jaħbat għall-ibliet kollha ffortifikati ta’ Ġuda, u ħadhom f’idejh.2 Kron 32,1-3; Sir 48,18; Is 36,1.

14U Ħeżekija, sultan ta’ Ġuda, bagħat jgħid lis-sultan tal-Assirja f’Lakis: “Ħtija tiegħi! Erġa’ lura minni; u kulma tgħidli noqgħod għalih.” U s-sultan tal-Assirja ġagħal lil Ħeżekija, sultan ta’ Ġuda, iħallas tliet mitt talent fidda u tletin talent deheb.

15U Ħeżekija tah il-fidda kollha li kienet tinsab fit-tempju tal-Mulej u fit-teżor tal-palazz tas-sultan.

16Kienet dik il-ħabta meta Ħeżekija, sultan ta’ Ġuda, qala’ l-pjanċi tad-deheb li bihom kien kesa l-battenti u l-pilastri tal-bibien tat-tempju tal-Mulej, u tahom lis-sultan tal-Assirja.1 Slat 6,20-22.

17U s-sultan tal-Assirja bagħat minn Lakis il-kmandant tal-eżerċtu, il-kap tal-uffiċjali, u l-grankuppier b’eżerċtu kbir f’Ġerusalemm kontra Ħeżekija. U telgħu, u waslu Ġerusalemm, u waqfu ħdejn l-akwedott tal-għadira l-fuqanija, li taħbat fuq it-triq tal-għalqa tal-Ħassiel.2 Kron 32,9-19; Is 7,3; 36,2-22.

18Imbagħad sejħu lis-sultan, u ħareġ Eljakim bin Ħilkija, li kien jagħmel mill-palazz, u Sebna, is-segretarju, u Ġowaħ bin Asaf, il-kronista.Is 22,15-25.

19U l-grankuppier qalilhom: “Għidu lil Ħeżekija: ‘Dan jgħid is-sultan il-Kbir, is-sultan tal-Assirja: “X’inhi din it-tama li int qiegħed tittama?

20Taħseb int, jaqaw, li l-kliem waħdu jfisser għaqal u qawwa għall-gwerra? Issa int f’min qiegħed tittama biex irvellajt kontrija?

21Bħalissa int qiegħed isserraħ rasek bl-Eġittu, dik il-qasba mxaqqa li tidħol f’id min jistrieħ fuqha u ttaqqabhielu. Dan hu l-Fargħun, is-sultan tal-Eġittu, għal kull min jittama fih.Is 30,1-7; 31,1-3; Eżek 29,6-7.

22Tgħiduli intom: ‘Fil-Mulej, Alla tagħna, nittamaw aħna.’ Mhux hu kien li Ħeżekija neħħielu s-santwarji u l-artali tiegħu, u ordna lil Ġuda u ’l Ġerusalemm: ‘Quddiem dan l-artal taduraw f’Ġerusalemm’?2 Slat 18,4.

23U issa agħmel imħatra ma’ sidi s-sultan tal-Assirja, u jien nagħtik elfejn żiemel, jekk inti għandek il-ħila ssib rikkieba għalihom.

24Kif tista’, mela treġġa’ lura lil wieħed mill-iċken qaddejja ta’ sidi? U mbagħad int tistenna ż-żwiemel u r-rikkieba mill-Eġittu!

25U issa jaqaw jien tlajt biex inħarbat dan il-pajjiż mingħajr ir-rieda tal-Mulej? Il-Mulej qalli: ‘Itla’ għal din l-art u ħarbatha.’ ”

26U Eljakim bin Ħelkija, u Sebna, u Ġowaħ wieġbu lill-grankuppier: “Kellem lill-qaddejja tiegħek bl-Arami, għax aħna nifhmuh. Tkellimniex bil-Lhudi, għax jisma’ l-poplu li qiegħed fuq il-ħajt.”

27U l-grankuppier wieġeb: “Jaqaw sidna bagħatna ngħidu dan il-kliem lilek jew lil sidek? Mhux lill-irġiel li hemm fuq il-ħajt, li għad jieklu ħmieġhom u jixorbu ilmiethom magħkom?”

28U l-grankuppier baqa’ hemm u beda jgħajjat b’leħen għoli u jgħid bil-Lhudi: “Isimgħu l-kelma tas-sultan il-kbir, is-sultan tal-Assirja.

29Dan jgħid is-sultan: ‘Ma jqarraqx bikom is-sultan Ħeżekija, għax ma jistax jeħliskom minn idejja.

30Ma jittamakomx Ħeżekija fil-Mulej u jgħidilkom: ‘Il-Mulej jeħlisna żgur, u din il-belt ma tingħatax f’idejn is-sultan tal-Assirja’.

31La tisimgħux minn Ħeżekija, għax dan jgħid is-sultan tal-Assirja: ‘Agħmlu paċi miegħi, u ersqu lejja, u tieklu, kull wieħed mid-dielja tiegħu u kull wieħed mit-tina tiegħu, u jixrob kull wieħed mill-bir tiegħu.

32Sakemm niġi u neħodkom f’art bħal artkom, art tal-qmuħ u tal-inbid, art tal-ħobż u tad-dwieli, art taż-żebbuġ u tal-għasel; u hemm tgħixu u ma tmutux. La tisimgħux minn Ħeżekija, għax ikun qiegħed iqarraq bikom meta jgħidilkom: ‘Il-Mulej jeħlisna!’

33Jaqaw allat il-ġnus ħelsu lil pajjiżhom minn id is-sultan tal-Assirja?

34Fejn huma l-allat ta’ Ħamat u Arfad? Fejn huma l-allat ta’ Sefarwajjin, ta’ Ħena u Għiwwa? Ħelsu huma lis-Samarija minn idejja?2 Slat 17,5-6.

35Min huma fost l-allat kollha ta’ dawn l-artijiet li ħelsu lil arthom minn idejja, biex issa jeħles il-Mulej lil Ġerusalemm minn idejja?

36U l-poplu baqa’ sieket u ma weġbux, għax is-sultan kien ordnalhom: “La tweġbuhx.”

37U Eljakim bin Ħilkija, li kien jagħmel mill-palazz, u Sebna, is-segretarju, u Ġowaħ bin Asaph, il-kronista, marru għand Ħeżekija bi ħwejjiġhom imċarrta, u għarrfuh b’kulma kien qalilhom il-grankuppier.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help