SALMI 60 - Maltese Bible with DC

Salm 60Fiduċja f’Alla wara t-telfa

1Għall-mexxej tal-kor. Fuq “Susân Għedût”. Miktam. Ta’ David. Għat-tagħlim.

2Meta David ħadha kontra Aram-Naħarajm u kontra Aram-Soba; u meta Ġowab, hu u ġej lura, qatel tnax-il elf min-nies ta’ Edom f’Wied il-Melħ.

3O Alla, inti warrabtna u kissirtna,

għadabt għalina; erġa’ dur lejna!

4Int heżżiżt l-art u xaqqaqtha;

sewwi l-qsim tagħha, għax saret ħerba.

5Urejt l-iebes lill-poplu tiegħek,

sqejtna nbid li jsakkar.

6Waqqaft stendard għal dawk li jibżgħu minnek,

biex lejh jaħarbu u jitbiegħdu mill-ark,

7biex ikunu meħlusa l-għeżież tiegħek;

għinna bil-leminija tiegħek u weġibni!

8Tkellem Alla fis-santwarju tiegħu:

“Ferħan nieħu b’sehmi lil Sikem,

nagħmel oqsma mill-wied ta’ Sukkot.

9Tiegħi hu Gilgħad, tiegħi Manassi,

Efrajm hu l-elmu ta’ rasi,

u Ġuda x-xettru tiegħi.

10Mowab lenbija fejn ninħasel,

fuq Edom inqiegħed il-qorq tiegħi,

fuq Filistja nifraħ rebbieħ!”

11Min se jwassalni fil-belt bis-swar?

Min se jeħodni sa Edom?

12Mhux int, o Alla, li warrabtna,

u li m’għadekx toħroġ mal-eżerċti tagħna?

13Agħtina l-għajnuna kontra l-għadu;

għax xejn ma tiswa l-għajnuna tal-bniedem.

14Bl-għajnuna ta’ Alla nuru ħilitna;

hu li jisħaq l-għedewwa tagħna.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help