1 MAKKABIN 14 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 14Demetriju II Nikator priġunier (140 QK)

1Fis-sena 172 is-sultan Demetriju ġabar l-eżerċtu tiegħu u telaq lejn il-Medja biex jikseb l-għajnuna ħalli jaħbat għal Trifon.

2Malli Arsaki, is-sultan tal-Persja u l-Medja, sama’ li Demetriju kien daħal f’pajjiżu, bagħat wieħed mill-ġenerali tiegħu biex jaqbdu ħaj.

3Dan mar u kisser l-eżerċtu ta’ Demetriju; u ’l dan qabdu u ħadu quddiem Arsaki, u dan tefgħu l-ħabs.

Sliem fi żmien Xmun (142-135 QK)

4Kemm dam ħaj Xmun, il-Lhudija

kollha kienet tgawdi s-sliem;

u hu kien ifittex il-ġid ta’ ġensu,

u għal qalbhom kien il-gvern tiegħu,

u għaż-żmien kollu l-glorja tiegħu.

5U żied kattar il-glorja tiegħu,

meta ħa ’l Ġaffa u għamel port minnha,

u triq għall-gżejjer tal-baħar.

6Wessa’ l-fruntieri tan-nazzjon tiegħu,

u ħakem fuq il-pajjiż.

7Ġabar ’il ħafna priġunieri tal-gwerra

u ħa f’idejh ’il Geżer, ’il Betsur u ’l Akra,

neħħa minnha kull tinġis,

u ħadd ma kellu l-ħila jżommlu.

8Kulħadd kien jaħdem ir-raba’ fis-sliem,

u kienet tagħti l-art l-għelejjel tagħha,

u s-siġar tal-wita frotthom.

9L-anzjani jqattgħu ż-żmien fil-pjazez,

jitħaddtu fuq il-ġid tal-art,

u ż-żgħażagħ lebsin ilbies sabiħ tal-gwerra.

10L-ibliet ħasbilhom għall-ikel,

u għammarhom b’armi għall-ħarsien tagħhom.

U l-isem glorjuż tiegħu wasal sa truf l-art,

11Ġieb is-sliem fuq il-pajjiż,

u l-ferħ ta’ Iżrael kien bla qjies.

12Kulħadd kien joqgħod għad-dell

tad-dielja u t-tina tiegħu;

ibeżżagħhom ma kien hemm ħadd.

13Għeb kull għadu mill-pajjiż,

u s-slaten tkissru wkoll f’dawk il-jiem.

14Ħeja lill-fqar kollha tal-poplu tiegħu;

fittex il-liġi bil-ħrara kollha,

u r-rinnegati u l-ħżiena lkoll qeridhom.

15Żejjen it-tempju,

u kattar it-tagħmir tas-santwarju.

Alleanza mar-Rumani u l-Ispartani

16Meta Ruma u Sparta semgħu li kien miet Ġonatan, għelew ħafna għalih.

17Imma meta semgħu li Xmun ħuh sar il-qassis il-kbir minn floku u li kien qiegħed jaħkem fuq il-pajjiż u l-ibliet li hemm fih,

18kitbulu fuq twavel tal-bronż biex iġeddu l-ħbiberija miegħu u l-alleanza, li kienu għamlu ma’ Ġuda u Ġonatan ħutu. biex iwettaq l-alleanza magħhom.

Ġieħ lil Xmun mill-poplu (140 QK)

25Meta l-poplu sama’ b’dan qal: “Kif se niżżu ħajr lil Xmun u lil uliedu?

26Għax sew hu sew ħutu u dar missieru, urew ħila kbira, tqabdu mal-għedewwa ta’ Iżrael u tefgħuhom ’il barra, u kisbulu l-ħelsien.” U kitbu dan fuq twavel tal-bronż u waħħluhom ma’ kolonni fuq l-għolja ta’ Sijon.

27Din hi l-kopja ta’ dan id-digriet:

“It-18 ta’ Elul tas-sena 172, it-tielet sena ta’ Xmun, il-qassis il-kbir, f’Asaramel,

28f’laqgħa kbira tal-qassisin, tal-poplu, tal-kbarat tan-nazzjon, u tal-anzjani tal-pajjiż, kien mgħarraf lilna dan li ġej:

29‘Billi qamu bosta drabi gwerer fil-pajjiż, Xmun bin Mattatija, il-qassis, bin ulied Ġojarib u ħutu tarrfu ħajjithom u żammew iebes lill-għedewwa tan-nazzjon, biex jibqgħu sħaħ it-tempju tagħhom u l-Liġi; b’hekk għamlu unur kbir lil ġenshom.

30Ġonatan ġabar lill-ġens tagħhom, sar il-qassis il-kbir tagħhom, imbagħad inġabar ma’ niesu.

31L-għedewwa tagħhom għamluha f’rashom li jidħlu fil-pajjiż biex iħarbtuh, u jmiddu idejhom fuq it-tempju tagħhom.

32Imbagħad qam Xmun biex jitqabad għall-ġens tiegħu u ħareġ ħafna flus minn tiegħu u għammar bl-armi l-irġiel tal-eżerċtu tal-poplu tiegħu u ħallashom.

33Iffortifika l-ibliet tal-Lhudija u ’l Betsur fi truf il-Lhudija, fejn qabel kien hemm l-armi tal-għedewwa, u qiegħed fiha għases Lhud.

34Iffortifika lil Ġaffa f’xatt il-baħar u lil Geżer fi truf Ażotu, fejn qabel kienu jgħammru l-għedewwa, u qiegħed hemm Lhud biex jgħammru fihom; u ħalla ħażniet fihom ta’ kulma kien meħtieġ għall-għajxien tagħhom.

35Il-poplu ra l-lealtà ta’ Xmun u l-ġieħ li ried jikseb għall-poplu tiegħu, u għalhekk dan ħatru b’kap u qassis il-kbir talli kien għamel dan kollu, u minħabba l-ġustizzja u l-lealtà li wera mal-ġens tiegħu b’kull mod biex jgħolli l-poplu tiegħu.

36Fi żmienu bil-ħila tiegħu rnexxielu jeqred il-Ġentili minn artna, u lil dawk li kienu fil-Belt ta’ David, f’Ġerusalemm. Dawn kienu bnew il-fortizza tal-Akra, mnejn kienu joħorġu u jniġġsu l-inħawi tas-santwarju, u jagħmlu ħsara kbira lill-qdusija tiegħu.

37U ġieb Lhud jgħammru fiha u ffortifikaha għall-ħarsien tal-pajjiż u tal-belt, u għolla s-swar ta’ Ġerusalemm.

38Għalhekk is-sultan Demetriju wettqu fid-dinjità ta’ qassis il-kbir

39u għamlu wieħed mill-ħbieb tiegħu u mlieh b’unuri kbar. tal-Lhud u tal-qassisin, u li jkun hu fuq kollox.

48U ordnaw li din il-kitba titnaqqax fuq twavel tal-bronż u titwaħħal mal-ħajt ta’ madwar is-santwarju f’post li jidher.

49U li kopja tagħha titqiegħed fit-teżor, biex tkun f’idejn Xmun u wliedu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help