2 SAMWEL 12 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 12Natan iċanfar lil David

1Għalhekk il-Mulej bagħat lil Natan il-profeta għand David. U mar għandu u qallu: “Kien hemm żewġt irġiel mill-istess belt, wieħed sinjur u l-ieħor fqir.

7Imbagħad Natan qal lil David: “Inti hu dak il-bniedem! Dan jgħid il-Mulej, Alla ta’ Iżrael: Jiena dliktek sultan fuq Iżrael, jiena ħlistek minn idejn Sawl;

11“Dan jgħid il-Mulej: Arani se naqlagħlek l-inkwiet mill-familja tiegħek stess; neħodlok in-nisa tiegħek minn taħt għajnejk, u nagħtihom lil ħaddieħor, u jimtedd magħhom għad-dawl ta’ din ix-xemx.

24David imbagħad farraġ ’il Batseba martu, u resaq lejha, imtedd magħha u welditlu iben, u semmieh Salamun, u l-Mulej kien iħobbu;

25u bagħat jgħidlu permezz ta’ Natan il-profeta jagħtih l-isem ta’ ‘Ġedidija’, minħabba l-Mulej.

Ir-rebħa fuq l-Għammonin

26Imbagħad Ġowab ħabat għal Rabba tal-Għammonin u ħa f’idejh il-kwartier tas-sultan. minn fuq rasu - li kienet tiżen talent deheb, b’ħaġra prezzjuża fiha - u tqiegħdet fuq ras David. Ħa wkoll priża kbira mill-belt.

31In-nies tagħha mbagħad ħariġhom u qabbadhom jaħdmu bil-munxar, bil-bqaqen, u bil-fisien tal-ħadid. Ħaddimhom ukoll fil-fran tal-madum. Hekk għamel bl-ibliet kollha tal-Għammonin.

Imbagħad David bl-eżerċtu kollu raġa’ lura lejn Ġerusalemm.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help