1Samwel qal lil Sawl: “Il-Mulej bagħatni nikkonsagrak sultan fuq il-poplu tiegħu Iżrael u issa isma’ l-kelma tal-Mulej.
2Dan jgħid il-Mulej tal-eżerċti: ‘Qtajtha li nħallas lil Għamalek ta’ kulma għamel Għamalek lil Iżrael, meta għalaqlu t-triq hu u tiela’ mill-Eġittu.
4Imbagħad Sawl sejjaħ lill-poplu u għaddu f’Telam, u sab mitejn elf fanterija, u għaxart elef raġel minn Ġuda.
5Sawl wasal f’belt ta’ Għamalek, u waqaf jissajja fil-wied.
6Sawl qal lill-Kenin: “Itilqu, warrbu, u oħorġu minn nofs Għamalek, li ma neqridkomx magħhom. Intom urejtu ħniena ma’ wlied Iżrael kollha, huma u telgħin mill-Eġittu.” U l-Kenin warrbu minn nofs Għamalek.
7Sawl kisser lil Għamalek minn Ħawila sa Sur, fil-Lvant tal-Eġittu., għaliex raġa’ lura minn warajja, u ma żammx kliemi.” Samwel inkorla, u beda jgħajjat quddiem il-Mulej il-lejl kollu.
23Ir-ribelljoni daqs id-dnub tas-seħer,
u li twebbes rasek daqs il-ħażen tal-qima
tax-xbihat.
Għax int warrabt il-kelma tal-Mulej,
hu se jwarrab lilek minn sultan!”
24U Sawl qal lil Samwel: “Dnibt għax ksirt il-kelma tal-Mulej u kelmtek, għax bżajt mill-poplu u smajt minn kliemhom.
27Samwel dar biex jitlaq u Sawl qabadlu djul il-mantar u dan iċċarrat.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.