1U Salamun ġabar sebgħin elf raġel għall-ġarr tat-tagħbijiet, u tmenin elf raġel għall-qtugħ tal-ġebel mill-muntanja, u qiegħed fuqhom tlitt elef u sitt mitt suprentendent.
2Imbagħad Salamun bagħat jgħid lil Ħuram, sultan ta’ Tir: “Bħalma għamilt ma’ David missieri u bgħattlu ċ-ċedru biex jibni dar għalih biex jgħammar fiha, agħmel hekk issa ma’ ibnu.
6“Mela issa ibgħatli bniedem imħarreġ fix-xogħol tad-deheb u l-fidda, tal-bronż u l-ħadid, tal-porpra u tal-kremżi u tal-vjola, li jaf inaqqax, biex jingħaqad man-nies tas-sengħa li hawn madwari f’Ġuda u f’Ġerusalemm, li kien ħejjiehom David missieri.
7Ibgħatli injam taċ-ċedru, taċ-ċipress, u tas-sandlu mil-Libanu, għax jien naf li l-qaddejja tiegħek jafu kif jaqtgħu s-siġar tal-Libanu, u l-qaddejja tiegħi jkunu ma’ tiegħek,
8biex iħejjuli injam bil-kotra, għax kbir u tal-għaġeb it-tempju li bi ħsiebni nibni.
9U, ara, lil dawk li jaqtgħu l-injam, lill-qaddejja tiegħek, nagħtihom b’ikel għoxrin elf kor qamħ, għoxrin elf kor xgħir, għoxrin elf batt inbid u għoxrin elf batt żejt.”
10U Ħuram, is-sultan ta’ Tir, wieġeb bil-miktub lil Salamun: “Billi l-Mulej iħobb lill-poplu tiegħu, qiegħdek sultan fuqhom.”
11U ssokta jgħidlu Ħuram: “Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, li għamel is-sema u l-art, li ta lis-sultan David iben għaref, għaqli u dehni, biex jibni tempju għall-Mulej u palazz għas-sultan tiegħu., li jaf jaħdem fid-deheb u l-fidda, fil-bronż u l-ħadid, fil-ġebel u l-injam, fil-porpra, fil-vjola, fl-għażel u fil-kremżi, u fl-inqix ta’ kull xorta, u li jfassal kull xogħol li jingħatalu flimkien man-nies tas-sengħa tiegħek, u n-nies tas-sengħa ta’ sidi David missierek.
14U l-qamħ, ix-xgħir, iż-żejt u l-inbid li semma sidi, ħa jibgħathom lill-qaddejja tiegħu,
16U Salamun għadd l-irġiel kollha barranin li kien hemm jgħixu f’Iżrael, skont iċ-ċensiment li kien għamel missieru David, u sab li kienu mija u tlieta u ħamsin elf u sitt mitt wieħed.1 Kron 22,2.
17Sebgħin elf minnhom ħadhom għat-tagħbija u tmenin elf għall-qtugħ tal-ġebel minn fuq il-muntanja, u tlitt elef u sitt mija suprentendenti biex iżommu l-poplu fuq ix-xogħol.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.