MARK 1 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 1Il-predikazzjoni ta’ Ġwanni l-Battista(Mt 3,1-12; Lq 3,3-18; Ġw 1,19-28)

1Il-Bidu tal-Evanġelju ta’ Ġesù Kristu l-Iben ta’ Alla.

2Bħalma hu miktub fil-ktieb ta’ Isaija l-profeta,

‘Ara, jien nibgħat qablek il-ħabbâr tiegħi

biex iħejji triqtek.

3 Leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert:

Ħejju t-triq tal-Mulej,

iddrittaw il-mogħdijiet tiegħu’,

4hekk Ġwanni deher jgħammed fid-deżert u jxandar magħmudija ta’ ndiema għall-maħfra tad-dnubiet., iżda huwa jgħammidtkom bl-Ispirtu s-Santu.”

Il-magħmudija ta’ Ġesù(Mt 3,13-17; Lq 3,21-22)

9U ġara li f’dawk il-jiem ġie Ġesù minn Nazaret tal-Galilija, u tgħammed minn Ġwanni fil-Ġordan.

10U minnufih hu u tiela’ mill-ilma ra s-smewwiet jinfetħu, u l-Ispirtu bħal ħamiema nieżel fuqu;

11u mis-smewwiet instama’ leħen: “Inti ibni l-għażiż; fik sibt l-għaxqa tiegħi.”It-tiġrib ta’ Ġesù fid-deżert(Mt 4,1-11; Lq 4,1-13)

12Imbagħad minnufih l-Ispirtu ħarġu fid-deżert.

13U baqa’ fid-deżert erbgħin jum, jiġġarrab mix-Xitan. Kien jgħix mal-bhejjem selvaġġi, u kienu jaqduh l-anġli.

Il-bidu tal-ministeru ta’ Ġesù fil-Galilija(Mk 4,12-17; Lq 4,14-15)

14Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġesù mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju ta’ AllaĠesù jsejjaħ erba’ sajjieda(Mt 4,18-20; Lq 5,1-11)

16Waqt li kien għaddej ma’ xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u ’l ħuh Indrì qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda.

17U Ġesù qalilhom: “Ejjew warajja, u nagħmel minnkom sajjieda tal-bnedmin.”

18U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.

19Wara li mexa ftit ieħor ra lil Ġakbu ta’ Żebedew u lil ħuh Ġwanni fid-dgħajsa qegħdin isewwu x-xbiek,. Malajr, f’jum is-Sibt, daħal fis-sinagoga u qagħad jgħallem.

22In-nies baqgħu mistagħġbin bil-mod tat-tagħlim tiegħu, għax beda jgħallimhom bħal wieħed li għandu s-setgħa, u mhux bħall-kittieba.’.”

25Imma Ġesù kkmandah: “Iskot,” qallu, “u oħroġ minnu.”

32Filgħaxija, imbagħad, fi nżul ix-xemx, ħadulu quddiemu lil dawk kollha li kienu morda jew li kienu maħkuma mix-xitan.Ġesù jmur jippriedka(Lq 4,42-44)

35L-għada filgħodu kmieni, qabel ma żernaq, qam, ħareġ u mar f’post imwarrab u qagħad hemm jitlob.Ġesù jfejjaq wieħed lebbruż(Mt 8,2-4; Lq 5,12-16)

40Resaq fuqu wieħed lebbruż jitolbu bil-ħerqa, inxteħet għarkupptejh quddiemu u qallu: “Jekk trid, tista’ tfejjaqni.”

41Imqanqal mill-ħniena, Ġesù medd idu fuqu, messu u qallu: “Irrid, kun imnaddaf.”

42U minnufih il-lebbra marritlu u ġismu ndaf.

43U widdbu bis-sħiħ, bagħtu malajr

44u qallu: “Qis li ma tgħid xejn lil ħadd; iżda mur uri ruħek lill-qassis, u agħmel offerta għall-fejqan tiegħek kif ordna Mosè, biex tkunilhom ta’ xhieda.”Lev 14,2-32.

45Iżda dak, meta telaq, beda jxandar ma’ kullimkien u jxerred l-aħbar, hekk li Ġesù f’ebda belt ma sata’ iżjed jidħol bid-dieher, imma kien jibqa’ barra fil-kampanja u kienu jmorru ħdejh nies minn kullimkien.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help