SALMI 3 - Maltese Bible with DC

Salm 3Tama fit-tiġrib

1Salm ta’ David, meta ħarab minn quddiem ibnu Absalom.

2Kemm kotru, Mulej, l-għedewwa tiegħi!

Ħafna huma dawk li qamu għalija;

3ħafna huma dawk li jgħidu fuqi:

“M’hemmx salvazzjoni għalih f’Alla!”

4Imm’int, Mulej, tarka madwari,

inti l-ġieħ tiegħi, int terfagħli rasi.

5Jien b’leħen għoli l-Mulej insejjaħ;

hu jweġibni mill-għolja mqaddsa tiegħu.

6Immur nimtedd u norqod,

u nqum, għax il-Mulej iżommni.

7Ma nibżax minn poplu sħiħ

li jinġema’ madwari kontrija.

8Qum, Mulej, salvani, Alla tiegħi!

Int tajt bil-ħarta lill-għedewwa tiegħi kollha,

lill-ħżiena kissirtilhom snienhom.

9Tiegħek, Mulej, ir-rebħa;

il-barka tiegħek fuq il-poplu tiegħek.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help