ĠONA 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Ġona salvat

1U l-Mulej qabbad ħuta kbira tibla’ ’l Ġona, u Ġona baqa’ tlitt ijiem u tliet iljieli f’żaqq il-ħuta.

4Inti tfajtni fil-qiegħ, ġo nofs il-baħar,

u l-wied dar miegħi;

l-imwieġ il-kbar u l-ħalel kollha tiegħek

għaddew minn fuqi.

5U jiena għedt: “Tgerrixt minn quddiem wiċċek:

kif nerġa’ nara t-tempju mqaddes tiegħek?”

6Dawruni l-ilmijiet sa għoddhom fgawni,

l-abbiss dar miegħi,

tkebbet ma’ rasi l-alka,

f’tarf il-muntanji.

7Inżilt ġol-art,

madwari l-qofol tagħha dar għal dejjem.

Imm’int tellajtli ħajti minn ġol-ħofra,

Mulej, Alla tiegħi.

8Meta ġo fija kelli ruħi mħeddla,

jien fil-Mulej ftakart;

u t-talba tiegħi telgħet sa quddiemek,

fit-tempju mqaddes tiegħek.

9Dawk li jirrispettaw l-idoli fiergħa

ikunu qed jarmu t-tjieba tagħhom.

10Jien, iżda, lilek noffri s-sagrifiċċji,

b’leħen ta’ radd il-ħajr,

u dak li wegħedt irroddu.

Is-salvazzjoni tiġi mill-Mulej.”

11U l-Mulej kellem lill-ħuta, u din xeħtet lil Ġona fuq l-art.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help