1U Sefatija bin Mattan, u Gedalija bin Pasħur, u Ġukal bin Selemija u Pasħur bin Malakija semgħu l-kliem li Ġeremija kien jgħid lill-poplu kollu:
2“Dan jgħid il-Mulej: ‘Min jibqa’ f’din il-belt għad imut bix-xabla, bil-ġuħ u bil-pesta. U min joħroġ għal mal-Kaldin jgħix u jikseb ħajtu daqs li kieku kienet priża, imma jibqa’ ħaj.
5U s-sultan Sedekija qalilhom: “Araw, f’idejkom, hu! Għax is-sultan ma jista’ jagħmel xejn magħkom!”
6U ħadu lil Ġeremija u xeħtuh fil-bir ta’ Malakija, bin is-sultan, li kien fil-bitħa tal-għassa; imbagħad lil Ġeremija niżżluh bil-ħbula f’dan il-bir; ilma ma kienx fih, imma ħama biss; u Ġeremija għodos fil-ħama.Għebed-melek italla’ lill-profeta mill-bir
7Għebed-melek, il-Kusi, fizzjal, kien qiegħed fil-palazz tas-sultan meta sama’ li kienu tefgħu lil Ġeremija fil-bir. Issa s-sultan kien bilqiegħda ħdejn il-Bieb ta’ Benjamin.
8Għebed-melek ħareġ mill-palazz tas-sultan, mar ikellmu u qallu:
9“Sidi s-sultan, dawn in-nies ġiebu ruħhom ħażin f’kulma għamlu lil Ġeremija, il-profeta, li xeħtuh fil-bir, u dalwaqt imut bil-ġuħ, għax ma baqax ħobż fil-belt.”
10Is-sultan imbagħad ordna lil Għebed-melek, il-Kusi, u qallu: “Ħu miegħek tlitt irġiel minn dawn u mur tella’ lil Ġeremija, il-profeta, mill-bir, qabel ma jmut.”
11U Għebed-melek ħa dawn it-tlieta min-nies miegħu, u mar fil-palazz tas-sultan fil-maħżen tal-ħwejjeġ, u minn hemm ħa xi ċraret qodma u lbiesi mqattgħin, u niżżilhom bil-ħbula fil-bir lil Ġeremija.
12U Għebed-melek, il-Kusi, qal lil Ġeremija: “Isa, qiegħed dawn iċ-ċraret qodma taħt abtek minn taħt il-ħbula.” U hekk għamel Ġeremija.
13U ġibdu lil Ġeremija bil-ħbula u tellgħuh mill-bir. U baqa’ Ġeremija fil-bitħa tal-għassa.
14Is-sultan Sedekija bagħat iġib għandu lil Ġeremija, il-profeta, fit-tielet daħla li hemm f’dar il-Mulej, u s-sultan qal lil Ġeremija: “Se nistaqsik ħaġa, u taħbili ebda kelma.”
19U s-sultan Sedekija qal lil Ġeremija: “Jiena nibża’ mil-Lhud li qalbu għal mal-Kaldin, li ma jmorrux jagħtuni f’idejhom u jżebilħuni.”
23U n-nisa kollha tiegħek, u wliedek, joħorġuhom għal għand il-Kaldin, u int ma teħlishiex minn taħt idejhom; għad jaqbdek f’idejh is-sultan ta’ Babilonja, u din il-belt jagħtuha n-nar.”
24U Sedekija qal lil Ġeremija: “Qis li ma jkun jaf ħadd b’dan il-kliem, li ma tmutx.
25Jekk il-prinċpijiet jisimgħu li jien tkellimt miegħek u jiġu għandek u jistaqsuk: ‘X’għedt lis-sultan? Taħbilna xejn, inkella noqtluk. Is-sultan x’qallek?’,
26għidilhom: ‘Ressaqt it-talba tiegħi quddiem is-sultan, biex ma jerġax jibgħatni fid-dar ta’ Ġonatan, biex immut hemm.’ ”
27U l-prinċpijiet marru għand Ġeremija u staqsewh, u hu weġibhom sewwasew kif ordnalu s-sultan, u ħallewh bi kwietu, għaliex it-taħdita bejniethom ma kinitx instemgħet.
28U Ġeremija baqa’ fil-bitħa tal-għassa sa dakinhar li nqabdet Ġerusalemm.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.