1Fis-seba’ sena, Ġeħojada għamel il-qalb u bagħat iġib kapijiet tal-mija: Għażarija bin Ġeroħam, Ismagħel bin Ġeħoħanan, Għażarija bin Għobed, Magħxija bin Għadajja, u Elisafat bin Żikri, u daħal f’patt magħhom.; u maġenb is-sultan il-prinċpijiet, u t-trumbettieri u l-poplu kollu tal-pajjiż kien ferħan u jdoqq it-trumbetti, filwaqt li l-kantanti bl-istrumenti tagħhom imexxu l-kant ta’ tifħir. U Għatalija ċarrtet ħwejjiġha u bdiet tgħajjat: “Tradiment, Tradiment”.
14U Ġeħojada l-qassis ħareġ il-kapijiet tal-mija u l-fizzjali tal-eżerċtu u qalilhom: “Oħorġuha ’l barra mill-palazz bejn żewġ fillieri, u kull min imur warajha, agħtuh il-mewt bix-xabla.” Għax il-qassis kien qal: “La toqtluhiex f’dar il-Mulej.”
15U kif waslet fid-daħla taż-żwiemel għal ġewwa l-palazz tas-sultan, meddew idejhom fuqha u qatluha hemmhekk.
16U għamel Ġeħojada patt bejnu u bejn il-poplu kollu, u bejn is-sultan, li jkunu l-poplu tal-Mulej.
17U l-poplu kollu mar fit-tempju ta’ Bagħal, u ġarrfuh u farrku għalkollox l-artali u x-xbihat tiegħu; u ’l Mattan, qassis ta’ Bagħal, qatluh quddiem l-artali.
18U Ġeħojada, il-qassis, ħalla s-servizzi tat-tempju tal-Mulej f’idejn il-qassisin u l-Leviti, li David kien qassam fit-tempju tal-Mulej, biex joffru s-sagrifiċċji tal-ħruq lill-Mulej - kif inhu miktub fil-Liġi ta’ Mosè - b’kant ferrieħi skont l-ordnijiet ta’ David.1 Kron 23,13; 25.
19Qiegħed ukoll purtinara fil-bibien tat-tempju tal-Mulej biex ebda ħaġa mniġġsa ma tidħol.1 Kron 26.
20Imbagħad ħa l-kapijiet tal-mija u l-kbarat u n-nies li kellhom xi setgħa fuq il-poplu, u l-poplu kollu tal-pajjiż, u niżżlu s-sultan mit-tempju tal-Mulej; u għaddewh mill-Bieb il-Kbir għall-palazz tas-sultan, u qegħduh fuq it-tron tas-saltna.
21Feraħ il-poplu kollu tal-pajjiż, u l-belt strieħet, u lil Għatalija qatluha bix-xabla.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.