1 SAMWEL 31 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 31Il-mewt ta’ Sawl

1U l-Filistin ħabtu għal Iżrael u n-nies ta’ Iżrael ħarbu minn quddiem il-Filistin, u waqgħu mejta fuq il-muntanja ta’ Gilbogħa.

6Hekk miet Sawl u t-tliet uliedu u l-iskudier tiegħu, u n-nies kollha li kienu miegħu dak in-nhar.

7U n-nies ta’ Iżrael li kienu jgħammru n-naħa l-oħra tal-wied u ’l hemm mill-Ġordan, malli raw li ħarbu l-Iżraelin u li mietu Sawl u wliedu, telqu l-ibliet tagħhom u ħarbu, u ġew jgħammru fihom il-Filistin.

8U ġara li l-għada ġew il-Filistin ineżżgħu l-maqtulin. U sabu lil Sawl u lit-tliet uliedu mixħutin mejtin fuq il-muntanja ta’ Gilbogħa.

9Qatgħulu rasu u neżżgħuh mill-armi, u bagħtu messaġġiera f’art il-Filistin tal-inħawi biex jagħtu l-aħbar lid-dar tal-allat tagħhom u lill-poplu.

11Meta semgħu n-nies ta’ Ġabes-gilgħad b’dak li kienu għamlu lil Sawl il-Filistin,Ġen 50,10; 1 Sam 11,1-11; 2 Sam 2,4-7.

12qamu rġiel ta’ ħila, imxew il-lejl kollu, ħadu l-katavru ta’ Sawl u t-tliet uliedu minn mal-ħajt ta’ Betsan; imbagħad marru Ġabes u ħarquhom hemm.

13U mbagħad ħadu għadamhom u difnuh f’Ġabes taħt it-tamarisk, u samu għal sebat ijiem.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help