2 KRONAKI 15 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 15Il-parir ta’ Għażarija

1U Għażarija bin Għoded niżel fuqu l-ispirtu tal-Mulej.

2U mar quddiem Asa u qallu: “Isimgħuni, Asa u intom ukoll, Ġuda u Benjamin: Il-Mulej ikun magħkom, meta intom tkunu miegħu; u meta intom tfittxuh, intom issibuh; u meta intom titilquh, hu jitlaqkom.

8Malli Asa sama’ dan il-kliem u l-profezija ta’ Għażarija bin Għoded, il-profeta, għamel il-qalb u neħħa l-idoli moqżieża mill-art kollha ta’ Ġuda u Benjamin, u mill-ibliet li kien ħa f’idejh fuq il-muntanji ta’ Efrajm, u ġedded l-artal tal-Mulej, li kien hemm quddiem il-portiku tal-Mulej.

9U ġama’ lil Ġuda kollu u ’l Benjamin u l-barranin li kienu magħhom minn Efrajm u Manassi u Simgħon. Għax waqgħu f’idejh ħafna minn Iżrael, malli raw li l-Mulej, Alla tiegħu, kien miegħu.

10U nġemgħu f’Ġerusalemm fit-tielet xahar tas-sena ħmistax tas-saltna ta’ Asa.

11U dakinhar offrew sagrifiċċji lill-Mulej mill-priża li kienu ġiebu: seba’ mitt baqra u sebat elef nagħġa.

12U daħlu f’patt u wiegħdu li jfittxu l-Mulej, Alla ta’ missirijiethom, b’qalbhom kollha u b’ruħhom kollha.

13U kull min ma fittixx lil Alla ta’ Iżrael tawh il-mewt, miż-żgħir sal-kbir, raġel jew mara.

16U saħansitra Magħka, omm is-sultan, Asa neħħieha minn reġina-omm għax kienet għamlet idolu moqżież lill Asera; u Asa kisser dan l-idolu tagħha, u għamlu trab, u ħarqu fil-wied ta’ Kedron.1 Slat 15,13-15.

17Imma s-santwarji ma tneħħewx minn Iżrael. Biss qalb Asa kienet sħiħa mal-Mulej għal għomru kollu.

18U daħħal fit-templu ta’ Alla l-offerti mqaddsa ta’ missieru: fidda, deheb u ħwejjeġ oħra.

19U ma kien hemm qatt gwerra sal-ħamsa u tletin sena tas-saltna ta’ Asa.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help