1Imma Alla ftakar f’Noè, fl-annimali selvaġġi u l-bhejjem kollha miegħu fl-arka; u Alla qajjem riħ fuq l-art, u l-ilmijiet bdew jonqsu.
2U ngħalqu l-għejun tal-qiegħ u bwieb is-smewwiet, u waqfet ix-xita mis-smewwiet.
3U l-ilmijiet bdew rieġgħa lura minn fuq l-art, u baqgħu sejrin lura sakemm naqsu għalkollox wara mija u ħamsin jum.
4U waqfet l-arka fis-seba’ xahar, fis-sbatax-il jum tax-xahar, fuq il-muntanja ta’ Ararat.
5U l-ilmijiet baqgħu sejrin lura u jonqsu sal-għaxar xahar; u fl-għaxar xahar, fl-ewwel tax-xahar, dehru l-qċaċet tal-muntanji.
6U wara erbgħin jum Noè fetaħ it-tieqa tal-arka li kien għamel.
7U telaq iċ-ċawlun, u dan ħareġ u baqa’ ġej u sejjer sakemm nixef l-ilma minn fuq l-art.
8U Noè bagħat il-ħamiema minn ħdejh biex jara jekk naqasx l-ilma minn fuq wiċċ l-art.
9U l-ħamiema ma sabitx fejn isserraħ qiegħ riġilha, u reġgħet lura għal għandu fl-arka, għax l-ilma kien għadu fuq wiċċ l-art kollha. U Noè ħareġ idu u qabadha u daħħalha miegħu fl-arka.
10U stenna sebat ijiem oħra u reġa’ bagħat il-ħamiema mill-arka.
11U l-ħamiema reġgħet lura filgħaxija b’werqa friska taż-żebbuġ f’munqarha. U Noè ntebaħ li l-ilmijiet kienu naqsu minn fuq wiċċ l-art.
12U stenna sebat ijiem oħra, u bagħat il-ħamiema, u din ma reġgħetx lura iżjed għandu.
13Fis-sena sitt mija u wieħed, fl-ewwel xahar, fl-ewwel jum tax-xahar, nixef għalkollox l-ilma minn fuq wiċċ l-art. U Noè bexxaq l-għatu tal-arka, u ħares, u ra li wiċċ l-art kien nixef.
14U fit-tieni xahar, fis-sbatax-il jum tax-xahar, nixfet l-art.
15U Alla kellem lil Noè u qallu:
16“Oħroġ mill-arka, int u martek, uliedek u n-nisa tagħhom miegħek.
17U kull ħliqa ħajja li hemm miegħek, minn kull ġens, tjur u bhejjem, u kulma jitkaxkar fuq l-art; oħroġhom miegħek ħalli jixterdu mal-art, u jnisslu u joktru fl-art.”
22Sakemm iddum l-art,
żrigħ u ħsad,
bard u għomma,
sajf u xitwa,
lejl u nhar,
ma jonqsu qatt.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.