NUMRI 16 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 16Ir-rewwixta ta’ Koraħ

1Koraħ bin Isħar, bin Keħat, bin Levi, u Datan u Abiram, ulied Elijab, u On bin Pelet, ulied Ruben, u magħhom kellhom mitejn u ħamsin ruħ oħra minn ulied Iżrael, mill-prinċpijiet tal-ġemgħa, li kienu jissejħu għal-laqgħat, kollha nies magħrufa.

3U nġabru kontra Mosè u Aron, u qalulhom: “Għandkom biżżejjed fuq spallejkom: Il-ġemgħa kollha huma kkonsagrati u f’nofshom hemm il-Mulej. Għaliex togħlew fuq il-ġemgħa tal-Mulej?”

4Kif sama’ dan Mosè ntafa’ wiċċu fl-art,

5u kellem lil Koraħ u ’l sħabu, u qalilhom: “Għada l-Mulej jgħarrafna min hu tiegħu, u min hu l-bniedem ikkonsagrat, li l-Mulej iridu ħdejh, u lil min ikun għażlu għalih iressqu lejh.

16U Mosè qal lil Koraħ: “Int u l-klikka tiegħek, ejjew għada quddiem il-Mulej ma’ Aron.

17Ħudu ċensier, wieħed kull wieħed, poġġu l-inċens, u ressqu quddiem il-Mulej il-mitejn u ħamsin ċensier, wieħed wieħed, int u Aron, kulħadd biċ-ċensier tiegħu.”

18U kull wieħed ħa ċ-ċensier tiegħu, poġġew in-nar fihom, u sawbu l-inċens, u qagħdu bilwieqfa quddiem it-tinda tal-laqgħa ma’ Mosè u Aron.

19U warajhom Koraħ ġabar il-ġemgħa kollha fi dħul it-tinda tal-laqgħa; u dehret il-glorja tal-Mulej quddiem il-ġemgħa kollha.

20U l-Mulej kellem lil Mosè u ’l Aron, u qalilhom:

21“Warrbu minn nofs din il-ġemgħa, ħa neqridhom ilkoll f’salt wieħed.”

22U ntefgħu għal wiċċhom fl-art u qalu: “Alla, Alla ta’ ruħ il-ħajjin kollha, bniedem wieħed biss dineb, u tagħdab int kontra l-ġemgħa kollha?”

23U l-Mulej kellem lil Mosè u qallu:

24“Kellem lill-ġemgħa u għidilhom: Warrbu minn madwar it-tined ta’ Koraħ, Datan u Abiram.”

25Mosè qam u mar lejn Datan u Abiram; u warajh marru l-anzjani ta’ Iżrael.

26Imbagħad kellem lill-ġemgħa u qalilhom: “Tbiegħdu mit-tined ta’ dawn in-nies ħżiena, u tmissu xejn minn tagħhom, biex ma tinbarmux fid-dnubiet tagħhom.”

27U tbiegħdu minn madwar it-tined ta’ Koraħ, Datan u Abiram: u Datan u Abiram ħarġu u qagħdu bilwieqfa fil-bieb tat-tined tagħhom bin-nisa u t-tfal u t-trabi tagħhom.

28U Mosè qal: “Issa minn dan tkunu tafu li l-Mulej bagħatni biex nagħmel kulma għamilt, u ma għamilt xejn minn rajja.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help