1U l-Mulej wieġeb lil Mosè: “Arani, jien nagħmlek qisek Alla għall-Fargħun; u Aron ħuk ikun il-profeta tiegħek.,
20U għamlu hekk Mosè u Aron, kif ordnalhom il-Mulej. Aron rafa’ idu u ta daqqa fuq l-ilma tan-Nil quddiem il-Fargħun u l-qaddejja tiegħu. U l-ilma kollu li hemm fin-Nil sar demm.
21U l-ħut li hemm fix-xmara miet, u nitnet in-Nil u l-Eġizzjani ma setgħux jixorbu mill-ilma tan-Nil. U kien hemm id-demm mal-art kollha tal-Eġittu.
22U s-saħħara Eġizzjani għamlu hekk ukoll bis-sħarijiet tagħhom. U qalb il-Fargħun twebbset u ma tahomx widen, bħalma kien qalilhom il-Mulej.
23Il-Fargħun dar u raġa’ lura f’daru, u fuq dan anqas biss qagħad jaħseb.
24U l-Eġizzjani ħaffru madwar ix-xmara għall-ilma x’jixorbu, għaliex ma setgħux jixorbu mill-ilma tax-xmara.
Iż-żrinġijiet25Għaddew sebat ijiem minn meta l-Mulej ħabat għax-xmara.
26Imbagħad il-Mulej kellem lil Mosè u qallu: “Mur għand il-Fargħun, u għidlu: ‘Dan qal il-Mulej: Ibgħat il-poplu tiegħi biex jagħtini qima.
27U jekk inti ma tridx tibgħathom, arani, jien sa nimlielkom l-art kollha biż-żrinġijiet.
28Ix-xmara Nil tiżgħed biż-żrinġijiet, u jitilgħu u jidħlu f’darek, fil-kamra ta’ soddtok, fuq friexek, fid-dar tal-qaddejja tiegħek u tal-poplu tiegħek; u fil-fran u fil-lniebi tiegħek.
29Iż-żrinġijiet jitilgħu għalik, għall-poplu tiegħek u għall-qaddejja tiegħek kollha.’ ”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.