SALMI 49 - Maltese Bible with DC

Salm 49Il-frugħa tal-għana tal-art

1Għall-mexxej tal-kor. Ta’ wlied Koraħ. Salm.

2Isimgħu dan, popli kollha;

agħtu widen, intom ilkoll li tgħixu fid-dinja;

3kemm iż-żgħar u l-kbar tal-poplu,

kemm il-għonja u kemm il-fqar.

4Fommi jitkellem l-għerf,

u nxandar il-fehmiet ta’ qalbi.

5Nagħti widen għal kliem l-għerf;

se nfisser fuq iċ-ċetra l-kliem tqil tiegħi.

6Għax għandi nibża’ mill-jiem ħżiena,

meta jdur għalija l-ħażen ta’ dawk li jonsbuni?

7F’ġidhom it-tama tagħhom;

jiftaħru bil-kotra tal-għana tagħhom.

8Ħadd ma jista’ jifdi lilu nnifsu,

jew jagħti lil Alla l-prezz tal-fidwa tiegħu.

9Għoli wisq il-prezz ta’ ħajtu,

qatt ma jkun biżżejjed,

10biex wieħed jgħix għal dejjem

u ma jara qatt il-qabar.

11Jara mqar l-għorrief imutu,

l-iblah u l-belhieni lkoll jintemmu,

u lil ta’ wrajhom iħallu ġidhom.

12Qabarhom hu darhom għal dejjem,

għamara tagħhom minn nisel għal nisel,

għalkemm għamlu isem f’artijiethom.

13Imma l-bniedem ma jibqax fil-ġieħ,

qisu bħall-bhejjem li jintemmu.

14Din xortih min jittama fih innifsu;

hekk jintemm min jitgħaxxaq bi frugħatu.

15Bħan-nagħaġ lejn l-imwiet mexjin,

il-mewt tkun ir-ragħaj tagħhom;

dritt lejn il-qabar jinżlu,

jintemmu fl-imwiet bla ġieħ ta’ xejn.

16Imma lili Alla jifdili ħajti,

mis-setgħa tal-imwiet żgur jaħtafni.

17Tibżax meta xi ħadd jistagħna,

meta joktor il-ġieħ ta’ daru.

18Għax xejn ma jieħu f’mewtu,

ġieħu ma jinżilx warajh.

19Imqar jekk f’ħajtu jħoss ruħu hieni,

u jgħid li jfaħħruh għax jgħaddiha tajjeb;

20imur ukoll mal-ġemgħa ta’ missirijietu,

li qatt aktar ma jaraw id-dawl.

21Imma l-bniedem ma jibqax fil-ġieħ,

qisu bħall-bhejjem li jintemmu.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help