2 SAMWEL 18 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 18

1David għadd in-nies kollha li kellu, u qiegħed fuqhom kapijiet ta’ elufijiet u kapijiet ta’ mijiet.

2Huwa qassam l-eżerċtu fi tlieta; ta waħda f’idejn Ġowab, oħra f’idejn Abisaj bin Seruja u ħu Ġowab, u t-tielet waħda lil Ittaj minn Gatt. Imbagħad is-sultan kellem lill-eżerċtu u qalilhom: “Jiena wkoll noħroġ magħkom.”

18U Absalom, meta kien għadu ħaj, kien waqqaf il-plier li hemm f’wied is-sultan għax qal: “Iben ma għandix biex ifakkar ismi.” U dan il-plier semmieh b’ismu, u għadu jissejjaħ sal-lum: Il-Plier ta’ Absalom.David jibki lil Absalom

19U Aħimagħas bin Sadok qal: “Ħalli mmur niġri u nagħti l-bxara lis-sultan, għaliex il-Mulej illum għamillu ħaqq mill-għedewwa tiegħu.”

20U Ġowab qallu: “M’intix il-bniedem li tmur tagħti din il-bxara llum: tagħtiha jum ieħor. Illum ma twassalx il-bxara, għax bin is-sultan miet.”

21U Ġowab qal lill-Kusi: “Mur għid lis-sultan kulma rajt.” U l-Kusi baxxa rasu quddiem Ġowab u mar jiġri.

22Aħimagħas bin Sadok żied jgħid lil Ġowab: “Jiġri x’jiġri, ħa mmur niġri wara l-Kusi.” U Ġowab qallu: “Għalfejn trid tmur tiġri int, ibni? Ebda ħlas għall-bxara ma hemm għalik.”

23U l-ieħor wieġeb: “Ikun xi jkun, sejjer niġri.” “Mur iġri,” qallu; u Aħimagħas telaq jiġri, u għadda mit-triq tal-wita, u għadda lill-Kusi.

24David kien bilqiegħda bejn iż-żewġ bibien. L-għassies tala’ fuq is-saqaf tal-bieb li kien hemm fuq is-sur u beda jħares, u malli dan lemaħ raġel riesaq jiġri waħdu,

25l-għassies beda jgħajjat u mar jgħarraf lis-sultan b’dan. U s-sultan staqsieh: “Jekk inhu waħdu aħbar tajba għandu fuq fommu.” U dak baqa’ miexi u beda joqrob.

26U l-għassies lemaħ raġel ieħor ġej jiġri, u għajjat lil tal-bieb u qallu: “Ara, ġej raġel jiġri waħdu.” U s-sultan qal: “Dan ukoll b’aħbar tajba ġej.”

27U l-għassies żied jgħid: “Qiegħed nara li l-ġiri tal-ewwel wieħed jixbah il-ġiri ta’ Aħimagħas bin Sadok.” U s-sultan qal: “Dak raġel sewwa; u b’aħbar tajba ġej.”

28U Aħimagħas għajjat u qal lis-sultan: “Is-sliem.” U tbaxxa wiċċu fl-art quddiem is-sultan u qal: “Imbierek il-Mulej, Alla tiegħek, għaliex rażżan in-nies li refgħu idejhom fuq sidi s-sultan.”

29U s-sultan staqsieh: “Kollox sewwa mat-tifel Absalom?” U Aħimagħas wieġeb: “Rajt rassa kbira hu u jibgħat Ġowab, il-qaddej tas-sultan, lili l-qaddej tiegħek; imma ma nafx x’kien hemm.”

30Is-sultan qallu: “Mur fil-ġenb, u oqgħod hemm.” Dak mar fil-ġenb, u qagħad hemm jistenna.

31U, ara, wasal il-Kusi u qal: “Aħbarijiet tajba hemm għal sidi s-sultan. Il-Mulej illum għamel ħaqq miegħek kontra dawk kollha li qamu għalik.”

32U s-sultan staqsa lill-Kusi: “Absalom it-tifel, jinsab tajjeb?” Il-Kusi wieġeb: “Ħalli jiġrilhom bħal dak iż-żagħżugħ l-għedewwa ta’ sidi s-sultan, u kull min iqum għalik biex jagħmillek id-deni!”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help