ŻAKKARIJA 5 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 5Is-sitt dehra: il-ktieb itir

1U rġajt erfajt għajnejja, u ara, nilmaħ ktieb itir!Is-seba’ dehra: il-mara fl-efa

5Imbagħad l-anġlu li kien ikellimni resaq u qalli: “Issa erfa’ ħarstek u ara x’inhi dil-ħaġa li riesqa.”

6“X’inhi?” staqsejtu. U hu weġibni: “Din li ħierġa hija efa,” qalli, “dan hu l-ħażen tagħhom fil-pajjiż kollu.”

7U ara, jintrefa’ l-għatu taċ-ċomb, u ġol-efa kien hemm mara bilqiegħda.

8“Din hija l-ħażen,” qalli, u xeħetha lura ġol-efa, u raġa’ għattieh bl-għatu taċ-ċomb.

9Imbagħad erfajt għajnejja u ħarist, u ara, kien hemm żewġ nisa resqin, bir-riħ fi ġwenħajhom, ġwenħajhom kienu bħal ġwenħajn iċ-ċikonja, u refgħu l-efa bejn l-art u s-sema.

10Jiena mbagħad staqsejt lill-anġlu li kien ikellimni: “Dawn fejn se jeħduha l-efa?”

11“Biex jibnulha dar fl-art ta’ Singħar,” qalli, “u meta jlestuha, iqegħduha hemm, fil-bini tagħha.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help