1U ġara li wara sentejn sħaħ, ħolom il-Fargħun ukoll. Ħolom li kien qiegħed f’xatt in-Nil,
2u telgħu min-Nil seba’ baqriet sbieħ f’surithom u smien f’laħamhom u bdew jirgħu fil-ħaxix.
3U mbagħad jara seba’ baqriet oħra telgħin min-Nil warajhom; koroh f’surithom u magħluba f’laħamhom. U waqfu ħdejn il-baqar l-oħra ħdejn xatt in-Nil.
4U l-baqar koroh f’surithom u magħluba f’laħamhom belgħu s-seba’ baqriet sbieħ f’surithom u smien f’laħamhom. Hawn il-Fargħun stenbaħ.
5Imbagħad raġa’ raqad, u jara seba’ sbuliet ħierġa minn fuq zokk wieħed, smien u sbieħ.
6U jara seba’ sbuliet oħra rqaq u maħruqin mir-riħ tal-Lvant.
7U s-sbuliet irqaq belgħu s-sbuliet is-smien u mimlija. U l-Fargħun stenbaħ.
8Filgħodu ħass ruħu mħasseb, u bagħat isejjaħ is-saħħara kollha tal-Eġittu u l-għorrief kollha; u l-Fargħun qalilhom il-ħolm tiegħu, u ma kien hemm ħadd li kellu l-ħila jfissru lill-Fargħun.
9U l-kap tal-kuppieri kellem lill-Fargħun u qallu: “Nistqarr illum il-ħtija tiegħi.
10Il-Fargħun kien saħan għall-qaddejja tiegħu u xeħithom il-ħabs fid-dar tal-kap tal-koki, lili u lill-kap tal-pannettieri.
11U ħlomna ħolma billejl, jiena u hu, kull wieħed b’tifsira għalih.
12U magħna kien hemm żagħżugħ Għebrew, qaddej tal-kap tal-koki, u aħna għednielu, u hu fissrilna l-ħolm tagħna, lil kull wieħed skont il-ħolma tiegħu., u qiegħdu f’id Ġużeppi, u libbsu lbies tal-għażel fin, u qegħedlu madwar għonqu kullana tad-deheb.
43U rikkbu fuq it-tieni karru li kellu, u bdew jgħajtu quddiemu: “Abrek!” U hekk qiegħdu fuq l-art kollha tal-Eġittu.
44U l-Fargħun qal lil Ġużeppi: “Jiena l-Fargħun, imma mingħajrek ħadd ma jerfa’ idu jew riġlu fl-art kollha tal-Eġittu.”
45U l-Fargħun semma ’l Ġużeppi Safenat-panija; u żewġu lil Asenat, bint Putifera, qassis ta’ On, u Ġużeppi ħareġ idur l-art tal-Eġittu.
Is-seħħ tal-ħolm46U Ġużeppi kellu tletin sena meta deher quddiem il-Fargħun, sultan tal-Eġittu; u ħareġ minn quddiem il-Fargħun u mar idur l-art kollha tal-Eġittu.
47U matul is-seba’ snin tax-xaba’, li laħqu l-art tal-Eġittu, l-art għamlet frott bil-kotra.
48U ġabar Ġużeppi l-ikel kollu tas-seba’ snin tax-xaba’ li ġew fuq l-Eġittu u ħażen dan l-ikel fl-ibliet, jiġifieri f’kull belt il-frott tar-raba’ ta’ madwarha.
49U Ġużeppi ġabar qamħ daqs ir-ramel tal-baħar, b’kotra hekk kbira li għeja jkejlu, għax kien bla qjies.
50U ’l Ġużeppi tweldulu żewġ ulied qabel ma waslet is-sena tal-ġuħ; wildithomlu Asenat, bint Putifera, qassis ta’ On.
55Imbagħad ġie l-ġuħ fuq l-art kollha tal-Eġittu, u l-poplu beda jgħajjat lill-Fargħun għall-ħobż. U l-Fargħun beda jgħid lin-nies kollha tal-Eġittu: “Morru għand Ġużeppi, u agħmlu li jgħidilkom.”
56U kien hemm il-ġuħ fuq wiċċ l-art kollha; u Ġużeppi fetaħ l-imħażen kollha u beda jbigħ lin-nies tal-Eġittu; u l-ġuħ baqa’ jagħfas fuq l-art tal-Eġittu.
57U kienu jiġu l-Eġittu minn kull pajjiż għand Ġużeppi biex jixtru l-qamħ; għax il-ġuħ kien jagħfas fuq kull art.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.