1Meta Ġuditta temmet tgħajjat quddiem Alla ta’ Iżrael u qalet dan kollu,
2qamet mill-art, u sejħet lill-qaddejja tagħha, u niżlet fid-dar fejn kienet toqgħod fis-Sibtijiet u fil-festi;
5Tat imbagħad lill-qaddejja tagħha żaqq bl-inbid u kus biż-żejt; imlitilha ħorġa bil-qamħ inkaljat, tin imqadded u ħobż mill-aħjar. Għabbithulha, u dik ġarret kollox.
6U ħarġu, irħewlha lejn il-bieb tal-belt ta’ Betulja. Hemm sabu lil Għużżija jistennieha mal-anzjani tal-belt, Kabri u Karmi., u ħrabt minn magħhom għax waslu biex jintelqu f’idejkom biex tibilgħuhom.
13Jien sejra quddiem Oloferne, il-kap kmandant tal-eżerċtu tagħkom, biex inħabbarlu s-sewwa u nurih it-triq li minnha għandu jgħaddi, u jaħtaf l-għoljiet kollha, bla ma jindarab u lanqas jitlef ħajtu wieħed min-nies tiegħu.”Ġdt 11,5-6.
14Huma u jisimgħu kliemha kiluha bil-ħars lejn wiċċha, u ħassew quddiemhom ġmiel tal-għaġeb, u qalulha:
15“Int salvajt ħajtek meta fittixt u ħaffift tinżel għal quddiem sidna. Issa ibqa’ sejra lejn it-tinda tiegħu u xi wħud minna jwassluk, sakemm jerħuk f’idejh.
16Meta tkun quddiemu, tibżax u taqtax qalbek, imma għidlu li għedt lilna, u huwa jġib ruħu tajjeb miegħek.”
17Imbagħad għażlu mitt ruħ minn tagħhom, qiegħdu lilha u lill-qaddejja tagħha f’nofshom, u ħaduhom sat-tinda ta’ Oloferne.
18Kien hemm ċaqliqa kbira mal-kamp kollu, għaliex l-aħbar tal-wasla tagħha xterdet mat-tined. Ilkoll ġew u qagħdu madwarha, hi u kienet tistenna ħdejn it-tinda ta’ Oloferne, sakemm marru jgħidulu biha.
19Baqgħu mistagħġba bi ġmielha, u b’ulied Iżrael minħabba fiha, u bdew jgħidu lil xulxin: “Min jista’ jistmerr poplu bħal dan, li għandu ġo nofsu nisa bħal din? Mhux ta’ min iħalli ħajja rġiel bħal dawn, għax jekk inħalluhom jistgħu idawru ras id-dinja kollha.”
Ġuditta fit-tinda ta’ Oloferne20Imbagħad l-għases ta’ Oloferne u l-qaddejja ta’ madwaru ġew u daħħluha fit-tinda.
21Oloferne kien mistrieħ fuq divan b’kanopew fuqu maħdum mill-porpra u d-deheb, bl-iżmerald u l-ħaġar prezzjuż minsuġ fih.
22Meta qalulu biha ħareġ fin-naħa ta’ quddiem fit-tinda, b’lampi tal-fidda quddiemu.
23Malli Ġuditta resqet quddiem Oloferne u l-qaddejja tiegħu, stagħġbu lkoll bil-ġmiel ta’ wiċċha. Hi nxteħtet wiċċha fl-art tqimu, u qajmuha l-qaddejja tiegħu.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.