1 MAKKABIN 8 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 8Il-ftehim mar-Rumani

1Ġuda sama’ b’isem ir-Rumani x’qawwa militari kellhom, u kemm kienu jġibu lil min jinġibed lejhom; li kienu wkoll lesti jagħmlu ħbieb ma’ dawk li jersqu lejhom, u li għalhekk kisbu dik il-qawwa kollha., jiġifieri kif irnexxielhom jegħlbu lil dan il-poplu u jġagħluh iħallas it-tribut;

3u x’għamlu fl-art ta’ Spanja biex jaħtfu taħt idejhom il-minjieri tal-fidda u tad-deheb li hemm fiha.

4Għax huma rnexxielhom jirbħu l-pajjiż kollu bl-għaqal u s-sabar tagħhom, minkejja li l-pajjiż kien ħafna ’l bogħod minnhom, u kif għelbu s-slaten li ħabtu għalihom minn truf l-art sakemm tawhom xebgħa kbira, u kif il-bqija jagħtuhom it-tribut kull sena.

5Qalulu wkoll kif kien għelbu fil-gwerra lil Filippu u lil Persew, sultan tal-Kittin, u ’l kull min qam kontrihom, u ġabuhom taħt il-ħakma tagħhom.

6Kif rebħu lil Antijoku, is-sultan il-kbir tal-Asja, li ħareġ jaħbat għalihom b’mija u għoxrin iljunfant, kavallerija u karrijiet u eżerċtu kbir ħafna, u huma għelbuh;

7u kif qabduh ħaj u ġagħlu lilu u s-suċċessuri tiegħu jħallsu tribut kbir u jħallilhom nies b’rahan, u jċedi

8’l art tal-Indja, il-Medja, u l-Lidja, l-aħjar fost il-provinċji tagħhom. U wara li ħaduhom mingħandu tawhom lis-sultan Ewmeni.

9Qalulu wkoll kif il-Griegi riedu joħorġu u jeqirduhom,

10u malli r-Rumani saru jafu b’dan, bagħtu kontrihom ġeneral wieħed jagħmlilhom gwerra; qatlu ħafna minnhom, ħadulhom in-nisa u t-tfal ilsiera, serqulhom ġidhom, ħatfulhom arthom, ġarrfulhom il-fortizzi, u żammewhom b’ilsiera sal-lum.

11U kif is-saltniet l-oħra u l-gżejjer li xi darba qamu għalihom qerduhom u jassruhom.

12Imma ma’ ħbiebhom u dawk li kienu jafdaw fihom kienu jimxu ta’ ħbieb. Għelbu slaten, mill-qrib u mill-bogħod, u dawk kollha li kienu semgħu b’isimhom kienu jibżgħu minnhom.

13U lil dawk li kienu jridu jgħinuhom isaltnu, kienu jsaltnu; u lil dawk li kienu jridu jneħħu, kienu jneħħuhom; u hekk kibru ħafna.

14Minkejja dan kollu ħadd minnhom ma qiegħed il-kuruna fuq rasu, lanqas ma libes il-porpra biex jitkabbar biha.

15Huma waqqfu senat, fejn kuljum tliet mija u għoxrin membru jiddiskutu bejniethom biex kollox jimxi sewwa għall-ġid tal-poplu.

16U ta’ kull sena jafdaw il-ħakma f’idejn wieħed u dan jiggverna l-art kollha tagħhom; u lkoll jisimgħu minn wieħed, u la hemm mibegħda u lanqas għira bejniethom.

17Ġuda għażel lil Ewpolemu bin Ġwanni, bin Akku, u Ġason bin Elgħażar, u bagħathom Ruma biex jagħmlu ftehim ta’ ħbiberija u alleanza magħhom,

22Din hi l-kopja tal-ittra, li naqqxu fuq twavel tal-bronż u bagħtuha Ġerusalemm biex tibqgħalhom hemmhekk b’tifkira tal-paċi u l-alleanza:

23“Jalla r-riżq lir-Rumani u lill-ġens Lhudi, fuq il-baħar u fuq l-art, għal dejjem. Jalla x-xabla u l-għadu jkunu ’l bogħod minnhom.

24Jekk tinqala’ gwerra kontra Ruma l-ewwel jew kontra l-alleati tagħhom f’artijiethom kollha,

25il-ġens Lhudi jgħinhom minn qalbhom skont ma jkun jitlob iż-żmien.

26U lill-għedewwa la jagħtuhom u lanqas ifornulhom qamħ, la armi, la flus, u la ġfien, skont ma jogħġob lil Ruma; u għandhom iħarsu l-obbligazzjonijiet tagħhom mingħajr ma jieħdu xejn.

27Hekk ukoll jekk il-ġens Lhudi jkun attakkat l-ewwel, ir-Rumani jgħinuhom fil-ġlied minn qalbhom, skont ma ż-żmien ikun jitlob.

28U ma jagħtux lill-għedewwa tagħhom la qamħ, la armi, la flus u la ġfien, kif jogħġob lil Ruma, u jħarsu dawn l-obbligazzjonijiet mingħajr ebda ingann.

29Hekk ir-Rumani ntrabtu mal-poplu Lhudi skont dan il-ftehim.

30“Jekk imbagħad wara dan il-ftehim ikunu jridu, naħa u oħra, iżidu jew inaqqsu xi ħaġa, jagħmlu kif ikun jogħġobhom; kulma jiżdied jew jitnaqqas, iseħħ.

31Dwar il-ħsarat li għamel is-sultan Demetriju lil-Lhud, ktibnielu u għednielu: ‘Għaliex għabbejt bil-piż tal-madmad tiegħek lil ħbiebna u l-alleati tagħna l-Lhud?

32Jekk huma jerġgħu jipprotestaw kontrik, aħna nfittxu li nagħmlulhom ġustizzja, u lilek nagħmlulek gwerra fuq l-art u l-baħar.’ ”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help