ĠOB 24 - Maltese Bible with DC

24 Bil-ħeffa jinġarr il-ħażin fuq wiċċ l-ilma,

misħut ikun wirtu fuq l-art,

ma jaqbadx aktar it-triq lejn id-dwieli.

25 Bħalma n-nixfa u s-sħana jixorbu l-ilma tas-silġ,

hekk jagħmel l-Imwiet lill-midneb.

26 Jinsieh il-ġuf li ġiebu,

u ismu ma jiftakrux iżjed;

hekk, bħal siġra, jitkisser il-ħażin.

27 Hu ħaqar il-mara ħawlija bla nisel,

u lill-armla ma tahiex għajnuna.

28 Iżda jqum Dak li jaqbad is-setgħana bil-ħila tiegħu,

u l-ħażin ma jkunx aktar żgur minn ħajtu.

29 Rħielu Alla jixxettel b’tama qarrieqa,

iżda għajnejh kienu fuq triqtu.

30 Għola għal ftit u m’għadux aktar,

intelaq bħal ħaxix mielaħ kif jinqata’,

inħasad bħal ras ta’ sbula.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help