TITU Ħarsa ħafifa lejn l-ittra - Maltese Bible with DC

Ħarsa ħafifa lejn l-ittraL-ittra lil Titu hi waħda mill-ittri hekk imsejħa ‘pastorali’. Il-ħsieb prinċipali tagħha hu li jingħataw struzzjonijiet dwar kif kellhom jitmexxew il-komunitajiet insara.Titu jissemma ħafna drabi minn Pawlu f’ittri oħra bħal dik lill-Galatin u fit-tieni ittra lill-Korintin. Pawlu jsemmih bħala wieħed li ħadem bis-sħiħ miegħu fit-twaqqif u t-tmexxija tal-Knejjes fl-Asja Minuri u fil-Greċja. L-Appostlu jħalli f’idejh biex isib mexxejja li setgħu jieħdu ħsieb sew tal-Knisja fi Kreta.Il-kredenzjali ta’ mexxejja tajba tal-komunitajiet huma fama tajba, safa tal-qalb, fidi soda, għaqal, sabar, u fuq kollox, imħabba. Biex il-mexxejja magħżula jkollhom dawn il-virtujiet sbieħ, iridu jsibu l-mudell f’Titu nnifsu.Hi ittra indirizzata lil Titu personalment, biex fiha jagħtih struzzjonijiet eżatti kif kellu jorganizza l-komunitajiet insara bl-aħjar mod possibbli. Fl-istess waqt hi ittra li toffri ħafna tagħlim dwar il-ħajja nisranija ta’ kull min jemmen, u dwar it-talenti meħtieġa għal mexxejja veri, denji tas-sejħa tagħhom.Hemm ħajja ġdida fi Kristu li ġie fid-dinja biex isalvana u jimliena bl-Ispirtu Qaddis tiegħu. Hekk kull nisrani jista’ jħares lejn bidu ġdid b’tama sħiħa fil-ħajja eterna.Iżda meta feġġet it-tjieba ta’ Alla, Salvatur tagħna, u l-imħabba tiegħu għall-bnedmin, hu salvana bil-ħasil ta’ twelid ġdid u t-tiġdid tal-Ispirtu s-Santu, mhux minħabba l-opra tajba li stajna għamilna aħna, iżda minħabba l-ħniena tiegħu (3,4-5).It-taqsim tal-ittraIntroduzzjoni (1,1-4)Il-mexxejja tal-Knejjes (1,5-16)Id-dmirijiet ta’ gruppi diversi fil-Knisja (2,1-15)Twissijiet (3,1-11)Konklużjoni (3,12-15)
Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help