RUT 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Rut fl-għalqa ta’ Bogħaż

1Nagħomi kellha wieħed jiġi minnha min-naħa ta’ żewġha; kien bniedem għani ħafna, mill-familja ta’ Elimelek u kien jismu Bogħaż.

2U Rut, il-Mowabija, qalet lil Nagħomi: “Ħa mmur fir-raba’, u llaqqat is-sbul minn wara min juri ħniena miegħi.” U Nagħomi weġbitha: “Mur binti.”.” U huma qalulu: “Ibierkek il-Mulej.”

5U Bogħaż qal lill-qaddej tiegħu, li kien fuq il-ħassada: “Ta’ min hi din it-tifla?”

6U wieġeb il-qaddej li kien fuq il-ħassada u qallu: “Tifla Mowabija, li ġiet ma’ Nagħomi mill-inħawi ta’ Mowab.

13Rut wieġbet: “Jalla nsib ħniena f’għajnejk, Sidi, għax int farraġtni u kellimt il-qalb tal-qaddejja tiegħek, għalkemm jien m’iniex daqs waħda mill-qaddejja tiegħek.”

14F’ħin l-ikel Bogħaż qalilha: “Ersaq ’l hawn, u kul biċċa ħobż, u bill il-ftiet tiegħek fil-ħall.” U hi qagħdet bilqiegħda ħdejn il-ħassada. Hu taha qamħ inkaljat, u hi kielet, xebgħet, u fadlilha.

15U qamet biex tkompli tlaqqat. Bogħaż wissa lill-ħaddiema tiegħu u qalilhom: “Ħalluha tlaqqat bejn il-qatet ukoll, u la tgerrxuhiex.

16Anzi ħallu wkoll jaqa’ s-sbul mill-qatet biex tlaqqtu hi, u tlumuhiex.”

17U damet tlaqqat fir-raba’ sa filgħaxija. Meta, imbagħad, daqqet is-sbul li kienet laqqtet, sabet li kellha daqs efa xgħir.

18Ġabritu u marret lejn il-belt, u wriet lill-kunjata dak li kienet laqqtet; ħarġet li kien fadlilha meta kielet u xebgħet, u tathulha.

19Il-kunjata staqsietha: “Fejn mort tlaqqat il-qamħ illum? Fejn ħdimt? Imbierek minn ħa ħsiebek.” U Rut għarrfet lill-kunjata ma’ min kienet ħadmet u qaltilha: “Ir-raġel li ħdimt miegħu llum jismu Bogħaż.”

20U Nagħomi wieġbet lil mart binha: “Imbierek hu mill-Mulej, li ma warrabx il-ħniena tiegħu la mill-ħajjin u lanqas mill-mejtin.” U Nagħomi ssuktat tgħidilha: “Dak ir-raġel hu qaribna, u hu li għandu d-dritt tal-fidwa fuqna.”

21Rut, il-Mowabija, qaltilha wkoll: “U qalli wkoll: Ibqa’ mal-qaddejja bniet tiegħi sakemm itemmu l-ħsad kollu tiegħi.”

22U Nagħomi qalet lil Rut, mart binha: “Aħjar, binti, tmur mal-qaddejja bniet tiegħu, biex ma jaħqrukx f’xi għalqa oħra.”

23U Rut baqgħet mal-qaddejja ta’ Bogħaż, sakemm intemm ħsad ix-xgħir u ħsad il-qamħ; u f’dan iż-żmien kienet toqgħod mal-kunjata.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help