1Il-Mulej kellem lil Mosè u qallu:
6“Ħadd ma għandu jersaq lejn ebda qariba tiegħu biex jikxef l-għera tagħha. Jien hu l-Mulej.
7“La tikxifx l-għera ta’ missierek, jew l-għera ta’ ommok, għax dik hi ommok; la tikxfilhiex għeritha.
8“La tikxifx l-għera ta’ mart missierek, għax dik hi l-għera ta’ missierek.
9“La tikxifx l-għera ta’ oħtok, bint missierek, jew bint ommok, imwielda d-dar jew barra.
10“La tikxifx l-għera ta’ bint ibnek, jew bint bintek, għax hi l-għera tiegħek.
11“La tikxifx l-għera ta’ bint il-mara ta’ missierek, imwielda minn missierek, għax hi oħtok; tikxfilhiex għeritha.
12“La tikxifx l-għera ta’ oħt missierek, għax hi qariba ta’ missierek.
13“La tikxifx l-għera ta’ oħt ommok, għax hi qariba ta’ ommok.
14“La tikxifx l-għera ta’ ħu missierek, jiġifieri la tersaqx lejn martu, għax hi z-zija tiegħek.
15“Tikxifx l-għera ta’ mart ibnek, għax hi mart ibnek; tikxifx għeritha.
16“La tikxifx l-għera ta’ mart ħuk, għax hi l-għera ta’ ħuk.
17“La tikxifx l-għera ta’ mara u ta’ bintha; anqas ma għandek tieħu bint binha, jew bint bintha, għax tikxef l-għera tagħha; għax huma qraba u tkun ħaġa faħxija.
18“Tiħux b’mara ’l oħt martek b’rivali tagħha, u tikxef l-għera tagħha, meta l-oħra tkun għadha ħajja.
19“La tersaqx lejn mara mniġġsa fi żmienha, biex tikxef l-għera tagħha.
20“La timteddx mal-mara ta’ għajrek, u hekk titkasbar magħha.
21“La tħalli ’l ħadd minn nislek jgħadduh min-nar f’ġieħ Molek, u hekk ma żżeblaħx l-isem ta’ Alla tiegħek. Jiena l-Mulej.
22“La timteddx ma’ raġel, bħalma timtedd ma’ mara; għax hi ħaġa moqżieża.
23“La timtedd ma’ ebda bhima biex titkasbar magħha; u lanqas mara ma għandha tersaq quddiem bhima biex titħallat magħha, għax hi ħaġa faħxija.
24“La titkasbru b’ebda ħaġa minn dawn, għax b’dawn il-ħwejjeġ tkasbru l-ġnus li jien se nkeċċihom minn quddiemkom.
25Tkasbret l-art, u jien ikkastigajtha minħabba ħżunitha, u beżqet ’il barra lil min kien jgħammar fiha.
26“Imma intom għandkom tħarsu l-liġijiet u d-digrieti tiegħi, u ma tagħmlu xejn minn dawn il-qżiżijiet kollha, sew min hu tal-post sew il-barranin f’nofskom.
27Għaliex dawn il-qżiżijiet kollha għamluhom in-nies tal-art, li kien hemm qabilkom, u b’hekk tkasbret l-art.
28Hekk l-art ma tobżoqkomx talli tkunu kasbartuha, bħalma beżqet il-ġens ta’ qabilkom.
29Kull min jagħmel minn dawn il-qżiżijiet kollha jkun maqtugħ mill-poplu tiegħu.
30“Ħarsu mela l-preskrizzjonijiet tiegħi biex ma teħdux id-drawwiet moqżieża li kellhom in-nies ta’ qabilkom u titħammġu bihom.
“Jiena l-Mulej Alla tagħkom.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.