EŻEKJEL 34 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 34L-oraklu kontra r-rgħajja ta’ Iżrael

1U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:. Ħabbar u għidilhom lir-rgħajja:

‘Hekk jgħid Sidi l-Mulej: Ħażin għalihom ir-rgħajja ta’ Iżrael li jirgħu lilhom infushom! Jaqaw mhux lin-nagħaġ jirgħu r-rgħajja?’

3“Intom tixorbu l-ħalib u tilbsu s-suf tagħhom, toqtlu n-nagħaġ imsemmna, u l-merħla ma tirgħuhiex.

4“Id-dgħajfa ma saħħaħtuhiex, u l-marida ma fejjaqtuhiex, u l-midruba ma dewwejtuhiex, ’l dik li tbiegħdet ma ġibtuhiex lura, lanqas ma fittixtu l-mitlufa. Imma mexxejtuhom b’saħħa u qalb iebsa.

5“U huma xterdu għax ma kellhomx ragħaj; u saru l-ikel ta’ kull bhima selvaġġa u xterdu.

14F’mergħat bnina għad nirgħahom,

u fuq l-iġbla għolja ta’ Iżrael tkun mergħathom.

Hemm jinxteħtu f’mergħa bnina,

u jimirħu f’art tajba fuq il-muntanji ta’ Iżrael.

15Jiena stess nirgħa n-nagħaġ tiegħi,

u jiena nserraħhom,

oraklu ta’ Sidi l-Mulej.

16Jiena nfittex il-mitlufa,

irreġġa’ lura l-imxerrda,

ninfaxxa l-ġrieħi tal-miġrugħa,

u nqawwi l-marida.

Inħares is-smina u l-qawwija,

u nirgħahom bil-ġustizzja.”L-għażla tan-nagħaġ

17“Imma għalik, merħla tiegħi, hekk jgħid Sidi l-Mulej:

‘Ara, jien nagħmel ħaqq bejn nagħġa u nagħġa,

bejn imtaten u bdabad.Mt 25,32-34.

18“Ma kienx biżżejjed għalikom li tirgħu fl-aħjar mergħat,

biex tgħaffġu b’riġlejkom il-bqija ta’ mergħatkom;

li tixorbu l-ilma ċar, u ddardru l-bqija b’riġlejkom?

19U l-merħla tiegħi jkollhom jirgħu tagħfiġ riġlejkom,

u jixorbu dardir saqajkom!

20“Għalhekk dan jgħidilkom Sidi l-Mulej:

Arawni! Se nagħmel ħaqq bejn in-nagħġa s-smina u n-nagħġa l-magħluba.

21“Għax intom imbuttajtu b’ġenbejkom u bi spallejkom, u bi qrunkom ħbattu għad-dgħajfa, sakemm gerrixtuhom ’il barra.

22“Jien insalva n-nagħaġ tiegħi, u ma jkunux aktar priża, u nagħmel ħaqq bejn nagħġa u oħra.

23“U nqiegħed fuqhom ragħaj wieħed, il-qaddej tiegħi David, u jieħu ħsiebhom u jirgħahom; hu jirgħahom u jkun ir-ragħaj tagħhom.Eżek 37,24; Hos 3,5; Ġw 10,11-14.

24U jiena l-Mulej, inkun Alla tagħhom u l-qaddej tiegħi David ikun il-mexxej tagħhom. Jiena il-Mulej, tkellimt.

25Nagħmel magħhom patt ta’ sliem u neqred mill-art il-bhejjem selvaġġi. Ikunu jistgħu jgħammru fid-deżert bla biża’ u jorqdu fl-imsaġar.Is 11,6-9; Ġer 23,5-6.

26Inqegħedhom madwar l-għolja tiegħi, u nibgħat ix-xita f’waqtha, xita ta’ barka.

27U s-siġar tar-raba’ jagħtu l-frott tagħhom, u l-art in-nebbieta tagħha, u huma joqogħdu bla biża’ fl-irziezet tagħhom. U huma jagħrfu li jiena l-Mulej meta nkisser l-irbit tal-madmad tagħhom, u neħlishom minn idejn dawk li ijassruhom.

28Ma jkunux aktar priża għall-ġnus, u ma jikluhomx aktar il-bhejjem selvaġġi tal-art, imma jgħixu bi kwiethom u ħadd ma jbeżżagħhom aktar.

29“U nnibbtilhom ġmiel ta’ ħxejjex u ma jkunux aktar mifnijin mill-ġuħ fil-pajjiż, u lanqas jitgħabbew bit-tagħjir tal-ġnus.

30U jkunu jafu li jiena l-Mulej, Alla tagħhom, jiena magħhom u huma l-poplu tiegħi, id-dar ta’ Iżrael, oraklu ta’ Sidi l-Mulej.

31U intom, in-nagħaġ tiegħi, intom in-nagħaġ tal-mergħa tiegħi, jiena l-Mulej, Alla tagħkom, oraklu ta’ Sidi l-Mulej.”

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help