1Waqt li Pietru u Ġwanni kienu għadhom qegħdin ikellmu lill-poplu, resqu fuqhom il-qassisin u l-kmandant tat-tempju u s-Sadduċej;
5L-għada l-kapijiet tagħhom u x-xjuħ u l-kittieba ltaqgħu f’Ġerusalemm.
6Kien hemm Anna l-qassis il-kbir, Kajfa, Ġwanni, Alessandru, u dawk kollha li kienu mill-familja tal-qassisin il-kbar.
7Qiegħdu lill-appostli fin-nofs u staqsewhom: “Intom b’liema qawwa jew f’isem min għamiltuh dan?”
u li saret il-ġebla tax-xewka.’
12F’ħadd ħliefu ma hemm salvazzjoni, għax imkien taħt is-sema ma hemm isem ieħor mogħti lill-bnedmin li bih aħna għandna nkunu salvi.”
u l-popli ngħaqdu konfoffa waħda għalxejn?
26 Qamu s-slaten tal-art,
u l-kbarat inġemgħu flimkien
kontra l-Mulej u l-Messija tiegħu .’
27Għax, tabilħaqq, f’din il-belt Erodi u Ponzju Pilatu ngħaqdu flimkien mal-pagani u n-nies ta’ Iżrael kontra l-qaddej qaddis tiegħek Ġesù, li int ikkonsagrajt,Kellhom kollox flimkien
32Il-kotra kbira ta’ dawk li emmnu kienu qalb waħda u ruħ waħda. Ħadd minnhom ma kien jgħid li l-ġid li kellu kien tiegħu, iżda kellhom kollox flimkien.Atti 2,44.
33B’qawwa kbira l-appostli kienu jagħtu xhieda tal-qawmien tal-Mulej Ġesù, u kulħadd kien iġibhom ħafna.Atti 2,47; 4,2.
34Ħadd minnhom ma kien jonqsu xejn; għax kull min kellu oqsma jew djar kien ibigħhom, u l-flus li jdaħħal minnhomAtti 2,45.
35kien imur iqegħedhom f’riġlejn l-appostli. Imbagħad kien jitqassam kollox skont il-ħtieġa ta’ kull wieħed.
36Hekk għamel il-levita Ġużeppi, minn Ċipru, li l-appostli kienu jsejħulu Barnaba, jiġifieri bin il-faraġ;
37dan kellu għalqa, biegħha, u l-flus li daħħal minnha mar iqegħedhom f’riġlejn l-appostli.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.