1U deher sinjal kbir fis-sema: Mara, liebsa x-xemx, bil-qamar taħt riġlejha, u b’kuruna ta’ tnax-il kewkba fuq rasha.
2Hija kienet fit-tqala, u bdiet tgħajjat bl-uġigħ tal-ħlas u tbati biex teħles., u b’seba’ dijademi fuq irjusu.
4U b’denbu kines waħda mit-tlieta tal-kwiekeb tas-sema u waddabhom lejn l-art. U d-Dragun mar qagħad quddiem il-Mara li kienet se tiled, biex kif tiled lil binha jibilgħu.
7Imbagħad qamet gwerra fis-sema: Mikiel u l-anġli tiegħu jitqabdu mad-Dragun. U d-Dragun u l-anġli tiegħu tqabdu,,
li lejl u nhar jixlihom quddiem Alla tagħna.
11U huma ħarġu rebbieħa fuqu
permezz tad-demm tal-Ħaruf
u bis-saħħa tal-kelma li xehdu,
u ma għożżewx ħajjithom,
minkejja saħansitra l-mewt.
12Għalhekk ifirħu, smewwiet,
u intom li tgħammru fihom.
Ħażin għalikom, art u baħar,
għax fikom niżel id-Demonju,
b’korla kbira fuqu,
għax jaf li żmien ftit baqagħlu.”
13Meta d-Dragun ra li safa mwaddab għal fuq l-art, huwa telaq għal wara l-Mara li wildet it-Tifel.
14Iżda lill-Mara tawha ż-żewġ ġwienaħ tal-Ajkla l-kbira biex ittir lejn il-post tagħha fid-deżert, fejn għandha tkun mitmugħa għal żmien, għal żewġ żminijiet, u għal nofs żmien, ’il bogħod mis-Serp.Dan 7,25; 12,7.
15U s-Serp minn ħalqu xeħet wara l-Mara bħal xmara ta’ ilma biex iġorrha miegħu;
16imma l-art għenet il-Mara; l-art fetħet ħalqha u xorbot ix-xmara li d-Dragun kien xeħet minn ħalqu.
17U d-Dragun imtela bil-korla għall-Mara, u mar biex jagħmel gwerra mal-bqija ta’ nisilha, ma’ dawk li jħarsu l-preċetti ta’ Alla u li għandhom ix-xhieda ta’ Ġesù.Dan 7,7.21; Apk 11,7; 13,7.
18U waqaf fuq ir-ramel tal-baħar.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.