1Mnejn hu ġej il-ġlied u t-tilwim bejnietkom? Jaqaw mhux minn dan, mill-passjonijiet li hemm jitqabdu f’ġisimkom?! Ma tafux li l-ħbiberija mad-dinja hija l-għadu ta’ Alla? Min mela jrid isir ħabib tad-dinja huwa għadu ta’ Alla.”?
u jagħti l-grazzja lill-umli”.
7Mela oqogħdu għar-rieda ta’ Alla. Ieqfu lix-xitan, u hu jaħrab minnkom.Ma niġġudikawx
11Toqogħdux tqassu fuq xulxin, l-aħwa. Min iqassas fuq ħuh u jiġġudika lil ħuh, ikun qiegħed iqassas fuq il-Liġi u jiġġudika l-Liġi; imma jekk inti tiġġudika l-Liġi, ma tkunx qiegħed tagħmel dak li trid il-Liġi, imma ssir imħallef.
12Wieħed biss huwa dak li jagħmel il-Liġi, wieħed biss l-Imħallef: dak li għandu s-setgħa jeħles u jeqred. Int min int biex tiġġudika ’l ħaddieħor?Il-ftaħir żejjed
13Issa ejjew, intom li tgħidu: “Illum jew għada mmorru f’din jew dik il-belt u nqattgħu sena hemmhekk, nixtru u nbigħu u nagħmlu l-flus,”
14u intom ma tafux x’għad isir għada. Għax x’inhi ħajjitkom? Intom bħal fwar li jidher għal ftit u mbagħad jgħib.
15Flok ma tgħidu: “Jekk il-Mulej irid, ngħixu u nagħmlu dan jew dak,”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.