1Għall-mexxej tal-kor. Fuq “Is-Seminit”. Salm ta’ David.
2Għajnuna, Mulej, għax m’hawnx aktar twajbin;
għabu s-sinċiera minn fost il-bnedmin.
3Wieħed lil ieħor bil-gideb ikellem;
b’xufftejn qarrieqa, b’żewġt iqlub jitkellmu.
4Jaqta’ l-Mulej ix-xufftejn qarrieqa,
kull ilsien li jitkellem bil-kburija,
5dawk li jgħidu: “Saħħitna fi lsienna,
kliem xufftejna magħna; min hu sidna?”
6“Minħabba t-tgħakkis tal-fqajrin
u l-krib tal-imsejknin,
jien issa se nqum,” jgħid il-Mulej,
“inqum biex neħilsu, kif hu jixtieq.”
7Kliem il-Mulej kliem safi,
fidda mgħoddija min-nar,
seba’ darbiet imsoffija mit-trab.
8Int, Mulej, tieħu ħsiebna
tħarisna minn dan in-nisel għal dejjem.
9Għax il-ħżiena ma’ kullimkien juru ruħhom,
aktar ma titgħolla d-dnewwa fost il-bnedmin.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.