1 MAKKABIN 2 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 2Ir-reżistenza tal-Makkabin

1F’dak iż-żmien kien hemm Mattatija bin Ġwanni, bin Xmun, qassis minn nisel Ġojarib. Dan telaq minn Ġerusalemm, u mar joqgħod f’Modin.

it-trabi tagħha mbiċċra fil-pjazez tagħha;

iż-żgħażagħ tagħha minfuda mis-sejf tal-għadu.

10Liema ġens ma ħax saltnatha,

u ma ħatafx il-priża tagħha?

11Tiżjinha kollu serquhulha,

minn belt ħielsa saret ilsira.

12Ara, il-ħwejjeġ qaddisa tagħna,

ġmielna u sbuħitna u foħritna,

kollox sar ħerba,

il-ġnus niġġsuhom.

13Għalfejn, mela, ngħixu aktar?”

14U Mattatija u wliedu ċarrtu ħwejjiġhom u xiddew x-xkejjer, u bkew biki kbir.

15U waslu fil-belt ta’ Modin il-messaġġiera tas-sultan bl-inkarigu li jġiegħlu n-nies jitilqu r-reliġjon tagħhom u jordnawlhom li joffru s-sagrifiċċji.

16U ħafna mill-Iżraelin resqu lejhom; imma Mattatija u wliedu nġemgħu għalihom weħidhom.

17Imbagħad il-messaġġiera tas-sultan daru lejn Mattatija u qalulu: “Inti l-kap f’din il-belt, bniedem kbir u ta’ ġieħ, imdawwar b’uliedek u ħutek.

18Mela ibda int l-ewwel wieħed u agħmel dak li ordna s-sultan, bħalma għamlu l-ġnus kollha, l-irġiel ta’ Ġuda, u dawk li baqa’ Ġerusalemm. Hekk tkun int u wliedek fost Ħbieb is-Sultan, onorati b’rigali tad-deheb u l-fidda, u doni oħra.”

19Imma Mattatija għolla leħnu u wieġeb: “Imqar jekk il-ġnus kollha, li qegħdin taħt il-ħakma tas-sultan, jisimgħu minnu u kull wieħed minnhom iħalli r-reliġjon ta’ missirijietu u joqogħdu għall-ordnijiet tiegħu,

20jiena, uliedi u ħuti, nibqgħu mexjin skont il-patt ta’ missirijietna.

21Ħażin għalina jekk nitilqu l-liġi u l-kmandamenti.

22Ma nisimgħu qatt minn kliem is-sultan u ma nitbegħdux mir-reliġjon tagħna lejn ix-xellug jew lejn il-lemin!”

23Kif temm dan id-diskors wieħed Lhudi ħareġ quddiem kulħadd biex joffri s-sagrifiċċju fuq l-artal f’Modin skont id-digriet tas-sultan.

24Malli rah Mattatija xegħel bil-għadab, u tqanqlu ġewwenih, u far bil-qilla kif trid il-Liġi u b’ġirja waħda mar għal fuqu u qatlu fuq l-artal.

25Fl-istess ħin qatel il-messaġġier tas-sultan li kien qiegħed jisfurzahom biex jissagrifikaw, u ġarraf l-artal.

26U xegħel biż-żelu għal-Liġi, bħalma kien għamel Fineħas lil Żimri bin Salu.

29Imbagħad ħafna, li kienu jħobbu s-sewwa u d-dritt, niżlu fid-deżert biex joqogħdu hemmhekk,

30huma u wliedhom u n-nisa tagħhom bl-imrieħel tagħhom, għax l-għawġ issokta dejjem jikber fuqhom.

L-ewwel battalja

31Il-ministri tas-sultan u l-gwarniġjun li kien hemm f’Ġerusalemm fil-Belt ta’ David, waslitilhom l-aħbar li xi nies kisru l-ordni tas-sultan u marru jinħbew fl-għerien fid-deżert.

32Ħafna marru jiġru warajhom u malli laħquhom waqqfu l-kamp biswithom, u tħejjew biex jaħbtu għalihom f’jum is-Sibt., nies ta’ ħila kbira fost Iżrael, kull wieħed lest biex jiddefendi l-Liġi.

43U dawk kollha li kienu ħarbu minħabba l-ħażen li kien hemm kienu jissieħbu magħhom, u hekk kienet tiżdidilhom il-qawwa.

44U rawmu eżerċtu u fis-saħna tagħhom bdew jaħbtu għall-midinbin u r-rinnegati fil-qilla tagħhom; il-bqija ħarbu u marru jistkennu fost il-Ġentili.

45Mattatija u sħabu marru jduru mal-pajjiż u jġarrfu l-artali,

46jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni bilfors lit-trabi li kienu sabu mingħajrha fl-art ta’ Iżrael,

47u għamlu għal wara l-kburin, u hekk ix-xogħol mexa tajjeb f’idejhom.

48Hekk ħelsu l-Liġi minn idejn il-ġnus u s-slaten, u lit-tradituri ħallewhom bla forza.

L-aħħar kelma u l-mewt ta’ Mattatija (166QK)

49Meta qorob iż-żmien li fih kellu jmut, Mattatija kellem lil uliedu u qalilhom: “Bħalissa jsaltnu s-suppervja u l-vjolenza, hu żmien it-taqlib u l-korla qalila.

50“Issa, uliedi, tħeġġu għal-Liġi u agħtu ħajjitkom għall-patt ta’ missirijietna.

51Ftakru fl-għemil ta’ missirijietna, li għamlu fi żmienhom, u tiksbu glorja kbira u isem li jkun għal dejjem.

52Abraham, mhux fil-prova kien misjub fidil, u dan ingħaddlu b’ġustizzja?

62“Tibżgħux mit-theddid tal-bniedem midneb, għax il-glorja tiegħu ħmieġ u dud.

63Illum fuq tiegħu u għada ma ssibux, għax ikun waqa’ u sar trab u fehmietu jkunu ntemmu fix-xejn.

64“Uliedi, kunu rġiel u qalbiena fil-Liġi, għax hi għad tkun il-glorja tagħkom., u difnuh fil-qabar ta’ missirijietu f’Modin. U Iżrael kollu bkieh biki kbir.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help