1U Nagħomi, il-kunjata, qalet lil Rut: “Binti, ma jidhirlekx li għandi nfittex li tinġabar għall-ġid tiegħek stess?
2U issa, forsi Bogħaż mhux qaribna, dak li int kont mat-tfajliet tiegħu? Ara llejla hu jkun iderri l-andar tax-xgħir.
3Mur inħasel, indilek bil-fwieħa, xidd fuqek l-aħjar ilbies, u mur l-andar. Tħallihx jagħrfek, sakemm ma jkunx kiel u xorob.
4Meta mbagħad jimtedd, sib il-post fejn ikun mimdud, mur ħdejh, ikxiflu n-naħa ta’ riġlejh, u mtedd hemm. Imbagħad hu jgħidlek x’għandek tagħmel.”
5Rut weġbitha: “Kulma tgħidli, nagħmlu.”
6U niżlet l-andar, u għamlet kulma wissietha l-kunjata.
7Bogħaż kiel u xorob, u ħassu ferħan, u mar jimtedd f’tarf il-munzell tax-xgħir.
U Rut resqet ħdejh, inkiss inkiss, u kixfitlu n-naħa ta’ riġlejh, u mteddet hemm.
8Ġara li f’nofs ta’ lejl ħass bħal tkexkixa bard, dar fuq ġenbu, lemaħ mara mimduda ħdejn riġlejh,
9u staqsieha: “Min int?” U hi wieġbet: “Jiena Rut, il-qaddejja tiegħek. Ixħet djul mantarek fuq il-qaddejja tiegħek, għax int għandek il-jedd tal-fidwa.”
10Bogħaż weġibha: “Imbierka, binti, mill-Mulej! Din tjubitek tal-aħħar, aħjar mill-oħra ta’ qabel, għax int ma mortx tiġri wara ż-żgħażagħ, la għonja u lanqas foqra.
14Rut baqgħet rieqda n-naħa ta’ riġlejh sa filgħodu. U qamet Rut kmieni qabel ma bniedem jista’ jagħraf ieħor, għax Bogħaż qal: “Ma jmurx xi ħadd ikun jaf li ġiet mara l-andar.”
15U mbagħad qalilha: “Ġib il-mantar ta’ fuqek u żommu tajjeb.” Hi żammitu tajjeb, u hu kejlilha sitt tikjiliet xgħir; għabbihomlha, u rħitilha lejn il-belt.
16Meta waslet id-dar il-kunjata staqsietha: “X’minnek, binti?” U Rut għarrfitha b’kulma kien għamel magħha r-raġel
17u qaltilha: “Tani sitt tikjiliet xgħir u qalli: ‘Ma tmurx b’idek f’idek għand il-kunjata.”
18U Nagħomi wieġbet: “Stenna, binti, sakemm tara kif se tintemm il-biċċa, għax ma jsibx sabar qabel ma jirranġa kollox illum.”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.