MĦALLFIN 4 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 4Debora u Barak

1Wara li miet Eħud, ulied Iżrael reġgħu għamlu l-ħażen f’għajnejn il-Mulej,

2u l-Mulej biegħhom f’id Ġabin, sultan ta’ Kangħan, li kien isaltan f’Ħasor; u l-kmandant tal-eżerċtu tiegħu kien Sisera, li kien joqgħod f’Ħaroset tal-ġnus..”

11Ħeber il-Keni kien infired mill-Kenin, minn ulied Ħobab, ħaten Mosè, u waqqaf it-tined tiegħu ħdejn il-Balluta f’Sagħnannin ħdejn Kedes.

12U ’l Sisera wasslulu l-aħbar li Barak bin Abinogħam kien tala’ fuq il-muntanja tat-Tabor.

13U Sisera ġabar il-karrijiet kollha tiegħu, disa’ mitt karru tal-ħadid, u n-nies kollha li kellu miegħu minn Ħaroset-ħaggojjim sal-wied ta’ Kison.

22U hemm hu Barak ġej jiġri wara Sisera. Ġagħel ħarġet tilqgħu u qaltlu: “Ejja, u ara r-raġel li int qiegħed tfittex.” U daħal għandha, u hemm kien Sisera mejjet fl-art, u l-kunjard f’nagħsu.

23U hekk dakinhar Alla ġieb fix-xejn lil Ġabin, sultan ta’ Kangħan, quddiem ulied Iżrael.

24U id ulied Iżrael baqgħet dejjem tagħfas fuq Ġabin, sultan ta’ Kangħan, sakemm qerdu għalkollox lil Ġabin, sultan ta’ Kangħan.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help