MĦALLFIN 15 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 15Sansun jitħallas mill-Filistin

1U ġara li wara xi żmien, f’jiem il-ħsad tal-qamħ, Sansun mar iżur lil martu, u ħa gidi miegħu u qal: “Ħa nidħol ħdejn marti fl-għorfa.” Imma missierha ma ħalliehx jidħol

2u qallu: “Ħsibt u għedt li int stmellejtha, u għalhekk tajtha lil wieħed minn sħabek. Oħtha ż-żgħira mhijiex isbaħ minnha? Ħu lilha flokha.”

3Imma Sansun weġibhom: “Din id-darba ma jlumunix il-Filistin għall-ħsara kbira li nagħmlilhom.”

4Sansun mar u qabad tliet mitt xakall, u ħa l-ħatab għan-nar, rabathom denb ma’ denb, u qiegħed ħatba bejn kull żewġt idnub.

5Imbagħad ta n-nar lill-ħatab u telaq ix-xakalli qalb iż-żara’ tal-Filistin, u hekk ħaraq il-qatet taż-żara’ miġbur, iż-żara’ wieqaf, u d-dwieli u ż-żebbuġ.

6U l-Filistin qalu: “Min għamel dan?” U wieġbu: “Sansun, ħaten it-Timni, għax dan ħadlu ’l martu u taha lil sieħbu.” U l-Filistin telgħu, u qabdu lilha u lil missierha, u tawhom in-nar., li għadha f’Leħi sal-lum.

20U Sansun ħakem fuq Iżrael fi żmien il-Filistin għal għoxrin sena.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help