KOĦÈLET 9 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 9Kollox f’idejn Alla

1Jien dan kollu qistu u fhimtu tajjeb, li l-ġusti u l-għorrief bl-għemejjel tagħhom kollha huma f’idejn Alla; jekk hux imħabba jew mibegħda ma jafux x’ħaqqhom. It-tnejn huma quddiemhom!; u biex tkompli tagħqad, qalb il-bniedem mimlija ħażen, u l-bluha tul għomorhom kollu tgħammar fihom, biex imbagħad imorru mal-mejtin.

4Min għadu msieħeb mal-ħajjin fadallu tama: għax “aħjar kelb ħaj minn iljun mejjet”.

5Il-ħajjin, għallinqas, jafu li għad imutu, iżda l-mejtin ma jafu xejn; lanqas ħlas ma baqa’ għalihom għax imqar it-tifkira tagħhom intesiet.

8Ħa jkunu f’kull żmien bojod ilbiesek,

qis li l-fwieħa fuq rasek ma tonqosx.

9Gawdi l-ħajja ma’ martek l-għażiża,

il-jiem kollha ta’ ħajtek fiergħa,

li Alla silfek taħt ix-xemx,

għax dan hu sehmek mill-ħajja u mit-taħbit

li inti ġġarrab taħt ix-xemx.

10Kulma ssib x’tagħmel, agħmlu b’ħiltek kollha għax ma jkunx hemm ħidma jew ħsieb, xjenza jew għerf, f’Art l-Imwiet fejn inti sejjer.

11Rajt ukoll taħt ix-xemx li ma tintrebaħx mill-ħfief it-tiġrija, lanqas mill-felħana t-taqbida. Mhuwiex tal-għorrief il-ħobż jew ta’ min jifhem il-ġid; lanqas ta’ min jinqala’ s-suċċess, iżda f’kollox jidħol iż-żmien u ċ-ċirkustanzi.

12Il-bniedem ma jafx xħin tasal sigħetu: bħall-ħut li jidħol f’xibka qarrieqa, bħat-tajr li jinqabad fix-xbiek, hekk jinqabdu l-bnedmin minn siegħa ħażina xħin tiġi fuqhom għal għarrieda.

13Rajt ukoll taħt ix-xemx dan il-każ li laqatni ħafna.

14Kien hemm belt żgħira bi ftit nies jgħammru fiha u sultan kbir mar jaħbat għaliha. Dawwarha b’assedju u talla’ madwarha torrijiet għolja.

15Mela jkun hemm fiha raġel fqir iżda għaref, u bil-ħila ta’ moħħu rnexxielu jeħles il-belt; b’danakollu ħadd ma baqa’ jiftakru ’l dak il-fqir.

16Imbagħad jien għedt:

“Tassew li l-għerf aħjar mis-saħħa;

b’danakollu l-għerf tal-fqir jistmerruh

u għal kliemu ma jagħtux widen.

17Jinstama’ aħjar kliem l-għorrief imlissen bil-kalma,

mill-ħafna għajjat ta’ kmandant fost il-boloh.

18Aħjar l-għerf mill-armi tal-gwerra,

iżda żball wieħed jista’ jgħarraq ġid kbir.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help