HOSEGĦA 10 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 10Il-qerda tal-idolatrija

1Iżrael dielja kollha friegħi,

tagħmel ħafna frott.

Aktar ma kellu frott,

aktar bena artali.

Aktar ma kienet tagħti l-art,

aktar sebbaħ il-plieri sagri.

2Qalbhom mifruda fiha nfisha,

u issa jkollhom ipattu.

Hu Alla li se jkissrilhom l-artali,

u jfarrkilhom il-plieri sagri tagħhom.

3Għax issa huma jgħidu:

“M’hemmx sultan għalina.

Aħna ma nibżgħux mill-Mulej.

X’jista’ jagħmlilna s-sultan?”

4Kollhom tpaċpiċ,

jiffirmaw ftehim bil-ħalf fil-vojt;

u l-ġustizzja tinbet bħal ħaxix morr

fir-raddi tar-raba’.

5Għall-għoġol ta’ Bet-awen

jitkexkxu n-nies ta’ Samarija;

għax għad jibki l-poplu tiegħu,

u jitniehdu l-qassisin tiegħu

għax għab minnu ġmielu.

6Lilu wkoll jeħduh fl-Assirja,

bħal offerta lis-sultan il-kbir.

Efrajm jaqa’ fl-għajb,

u Iżrael jistħi minn fehmietu.

7Intemmet Samarija;

is-sultan tagħha bħal laqxa f’wiċċ l-ilma.

8Jiġġarrfu s-santwarji

fuq l-għoljiet tal-ħażen,

id-dnub ta’ Iżrael;

xewk u għollieq għad jinbet

fuq l-artali tagħhom.

Għad jgħidu lill-muntanji: “Għattuna”

u lill-għoljiet: “Ordmuna”.

9Sa minn żmien Gibgħa dnibt, o Iżrael!

Hemm baqgħu f’dak il-ħażen.

Ma laħqithomx il-gwerra f’Gibgħa,

10minħabba wlied il-ħażen?

Jien niġi u nikkastigahom.

Jinġemgħu kontrihom il-ġnus,

biex jikkastigawhom għaż-żewġ dnubiet.

11Efrajm kien għoġla mħarrġa,

tħobb id-dris.

Imma jiena għabbejt madmad

fuq għonqha s-sabiħ,

u rbatt lil Efrajm għall-ħrit.

Ġuda għad jaħrat, u Ġakobb ixattab.

12Iżirgħu għalikom il-ġustizzja,

u taħsdu l-frott tat-tjieba.

Agħżqu l-art mistrieħa,

għax wasal żmien li tfittxu l-Mulej.

Sakemm jiġi u jibgħat

ix-xita tas-sewwa fuqkom.

13Imma intom żrajtu l-ħażen,

u ħsadtu l-għawġ,

u jkollkom tieklu frott il-gideb,

għax int fdajt fl-imriekeb tiegħek,

fil-kotra tal-qalbenin tiegħek.

14Tqum għagħa fost il-poplu tiegħek,

u l-fortizzi tiegħek isiru ħerba,

bħalma Salman qered lil Bet-arbel,

f’jum it-taqtigħa,

meta l-omm kienet misħuqa ma’ wliedha.

15Hekk nagħmlilkom, dar Iżrael,

minħabba kobor ħżunitek.

Mas-sebħ jinqered is-sultan ta’ Iżrael.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help