1 SAMWEL 29 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 29Il-Filistin iwarrbu lil David

1U l-Filistin ġemgħu l-eżerċtu kollu f’Afek; u Iżrael waqqfu l-kamp ħdejn għajn f’Ġeżragħel.

6Għalhekk Akis sejjaħ lil David u qallu: “Daqs kemm hu ħaj il-Mulej: Int raġel sewwa u togħġobni dieħel u ħiereġ miegħi fil-kamp tiegħi, u qatt ma sibt xejn ħażin fik minn mindu ġejt għandi sal-lum. Imma l-kbarat tal-Filistin ma jġibukx, u mhumiex jarawk sabiħ.

7Għalhekk erġa’ lura bis-sliem, biex ma toffendix il-kbarat tal-Filistin.”

8U David wieġeb lil Akis: “Imma x’għamilt jien? U int x’sibt ħażin fil-qaddej tiegħek minn mindu ġejt miegħek sal-lum, biex ma niġix nitqabad mal-għedewwa ta’ sidi s-sultan?”

9Akis wieġbu u qallu: “Naf li int raġel sewwa u togħġobni daqs anġlu ta’ Alla. Imma l-kbarat tal-Filistin qalu: ‘Ma jitlax magħna għall-ġlied.’2 Sam 14,17.

10Għalhekk bakkar għada filgħodu, int u l-qaddejja ta’ sidek, li ġew miegħek, imbagħad morru lejn il-post li tajtkom tgħammru fih.”

11U David bakkar filgħodu kmieni, hu u n-nies tiegħu, biex jitilqu u jerġgħu lura lejn art il-Filistin. U l-Filistin telgħu Ġeżragħel.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help