MATTEW 24 - Maltese Bible with DC

Kapitlu 24Ġesù jħabbar it-tiġrif tat-tempju(Mk 13,1-2; Lq 21,5-7)

1Ġesù ħareġ mit-tempju. Huwa u sejjer, id-dixxipli tiegħu resqu lejh u wrewh il-bini tat-tempju.

2Iżda hu qalilhom: “Qegħdin tarawh dan kollu? Tassew, ngħidilkom, hawnhekk ma tibqax ġebla fuq oħra li ma tiġġarrafx!”

Il-bidu tat-tbatijiet(Mk 13,3-13; Lq 21,7-19)

3Kif kien qiegħed fuq l-Għolja taż-Żebbuġ, id-dixxipli resqu jistaqsuh rasu u rashom: “Għidilna, dan meta għad jiġri? U x’se jkun is-sinjal tal-miġja tiegħek u ta’ tmiem id-dinja?”

15“Meta mbagħad taraw il-profanazzjoni u l-ħerba fit-tempju li fuqhom tkellem il-profeta Danjel - ħa jifhem min jaqra! -

il-qamar jitlef id-dija tiegħu,

il-kwiekeb jaqgħu mis-sema,

u l-qawwiet tas-sema jitheżżu.

30Imbagħad jidher fis-sema s-sinjal ta’ Bin il-bniedem, il-popli kollha tal-art jibdew jagħtu fuq sidirhom, u jaraw lil Bin il-bniedem ġej fuq is-sħab tas-sema b’qawwa u glorja kbira.Tagħlima mis-siġra tat-tin(Mk 13,28-32; Lq 21,29-33)

32“Tgħallmu din il-parabbola mis-siġra tat-tin. Meta l-fergħa tirtab u tarmi l-weraq, intom tintebħu li s-sajf fil-qrib.

33Hekk ukoll meta taraw dan kollu, kunu afu li hu fil-qrib, fil-bieb.

34Tassew, ngħidilkom, li ma jgħaddix dan in-nisel sa ma jiġri dan kollu.Ħadd ma jaf il-jum u s-siegħa(Mk 13,32-37; Lq 17,26-30.34-35)

36“Dwar dak il-jum u s-siegħa ħadd ma jaf xejn meta se jaslu, la l-anġli tas-sema u lanqas l-Iben; ħadd ħlief il-Missier waħdu. se jiġi l-ħalliel, kien jishar u ma jħallix min jinfidlu l-ħitan ta’ daru.

Blog
About Us
Message
Site Map

Who We AreWhat We EelieveWhat We Do

Terms of UsePrivacy Notice

2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.

Home
Gospel
Question
Blog
Help