1U ġiebni ħdejn il-bieb li jħares lejn il-Lvant.
2U, ara, il-glorja ta’ Alla ta’ Iżrael riesqa min-naħa tal-Lvant; il-ħoss tagħha bħall-ħoss ta’ gliegel ta’ ilma, u l-art kienet tiddi bil-glorja tiegħu., il-ġnieb ta’ bwiebhom mal-ġnieb ta’ bwiebi; daqsxejn ta’ ħajt biss kien hemm bejni u bejnhom. Kasbru bi qżiżijiethom ismi l-qaddis, għalhekk blajthom fil-korla tiegħi. bl-idriegħ; id-driegħ hu driegħ bl-erbat iswaba’ u wisa’ ta’ id. Il-bażi kienet għolja driegħ, u wiesgħa driegħ ieħor, u madwarha fix-xifer kellha bordura għolja xiber. U l-għoli tal-artal kien dan:Eż 27,1-8; 1 Slat 8,64; 2 Kron 4,1; 7,7.
14mill-bażi fl-art sax-xifer tal-pjan ta’ taħt żewġt idriegħ, u l-wisa’ driegħ; u mill-pjan ta’ taħt għall-pjan ta’ fuq erbat idriegħ u l-wisa ta’ driegħ;
15il-fuklar tal-artal kien erbat idriegħ għoli; u mill-fuklar kienu ħierġa ’l fuq erbat iqrun.
16Il-fuklar tal-artal kien tnax-il driegħ twil u tnax wiesa’, kwadru fuq l-erbat iġnub.
17Il-pjan ta’ taħt kien ta’ erbatax-il driegħ tul b’erbatax-il driegħ wisa’ fuq l-erbat iġnub; u l-bordura madwaru kienet għolja nofs driegħ, u l-bażi driegħ dawramejt. It-taraġ, imbagħad, kien iħares lejn il-Lvant.
18Imbagħad qalli: “O bniedem, dan jgħid Sidi l-Mulej: dawn huma l-liġijiet li jmissu l-artal għal meta jiġu biex jibnuh biex fuqu joffru s-sagrifiċċju u jroxxu d-demm fuqu.Eż 29,36-37; Lev 8,10-16; 1 Mak 4,52-56.
19Int tagħti lill-qassisin Leviti, min-nisel ta’ Sadok, li jersqu biex iservuni, oraklu ta’ Sidi l-Mulej, għoġol għas-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni.Eżek 44,15.
20U tieħu mid-demm tiegħu, u ssawbu fuq l-erbat iqrun u l-erba’ kantunieri tal-pjan u l-bordura ta’ madwaru, u hekk tippurifikah u tagħmel tpattija għalih.
21U tieħu l-għoġol tas-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni u taħarqu fil-post tat-tempju barra s-santwarju.
22U fit-tieni jum toffri b’sagrifiċċju ta’ purifikazzjoni bodbod bla difett għas-sagrifiċċju tal-purifikazzjoni, u tippurifika l-artal bħalma tkun għamilt bl-għoġol.
23U meta ttemm il-purifikazzjoni toffri għoġol bla difett u muntun bla difett mill-imrieħel;
24toffrihom lill-Mulej: fuqhom il-qassisin jixħtu l-melħ u joffruhom b’sagrifiċċju tal-ħruq lill-Mulej.
25Għal sebat ijiem int toffri bodbod kuljum b’sagrifiċċju tal-purifikazzjoni; u joffru wkoll għoġol u muntun mill-imrieħel, it-tnejn bla difett.Lev 8,33-35.
26Sebat ijiem tieħu l-purifikazzjoni tal-artal, u jnaddfuh u jikkonsagrawh.
27Meta jkunu ntemmu dawn il-jiem, fit-tmien jum, minn dakinhar ’il quddiem, il-qassisin jibdew joffru fuq l-artal is-sagrifiċċji tal-ħruq tagħkom u s-sagrifiċċji tas-sliem. Jiena mbagħad nitgħaxxaq bikom.
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.