ĠOŻWÈ Ħarsa ħafifa lejn il-ktieb - Maltese Bible with DC
Ħarsa ħafifa lejn il-ktiebIl-ktieb ta’ Ġożwè jirrakkontalna l-istorja ta’ kif ulied Iżrael daħlu fl-art ta’ Kangħan, l-art li Alla kien wiegħed li jagħtihom. Il-ktieb jieħu ismu mill-isem tal-protagonista tal-ġrajja, jiġifieri l-mexxej il-ġdid wara l-mewt ta’ Mosè.Il-ktieb ta’ Ġożwè nistgħu naqsmuh fi tnejn. Fl-ewwel taqsima (kap 1—12) naraw l-id ta’ Alla taħdem mal-Poplu l-magħżul fl-avventura tiegħu biex jikseb l-art ta’ Kangħan. Naraw jitwettqu mirakli li jgħinu lil Ulied Iżrael jimxu ’l quddiem biex jieħdu f’idejhom l-art.Naqraw kif il-ħitan ta’ Ġeriko ġġarrbu quddiemhom biex huma setgħu jidħlu fil-belt bla sforzi (6,20). Aktar tard, fit-taqbida f’Gibgħon, il-Mulej bagħat xita ta’ ġebel tas-silġ u qatel ħafna mill-għedewwa tal-Iżraelin. Kompla jgħinhom billi waqqaf ix-xemx mill-mixja tagħha u hekk huma kellhom aktar żmien biex jegħlbu lill-Amurrin qabel ma daħal il-lejl (10,1-15).Iżda l-Mulej ċaħdilhom l-għajnuna tiegħu meta xi ħadd mill-Iżraelin ma baqax iqimu u m’obdiex il-kmandamenti tiegħu. Fil-battalja ta’ Għaj, l-Iżraelin tilfu kontra l-għedewwa tagħhom għaliex Għakan dineb kontra l-Mulej (7,1-12).It-tieni taqsima (kap 13—24) tpoġġilna quddiemna t-tqassim tal-art lil kull tribù. Ulied Iżrael kienu ħakmu art lejn il-Lvant tal-Ġordan. Dan it-territorju kien is-sehem ta’ Ruben, Gad u nofs it-tribù ta’ Manassi. Dawn kienu, imbagħad, imsejħa jgħinu lit-tribujiet l-oħra. In-nofs l-ieħor ta’ Manassi, flimkien ma’ Ġuda u Efrajm, kisbu l-art bi ftit li xejn tfixkil.Wara komplew jitkixxfu dwar il-bqija tal-art li tqassmet lit-tribujiet l-oħra, skont kif il-Mulej wera lil Ġożwè. Ta’ min jinnota, li billi l-Leviti kienu tribù speċjali fost il-Lhud, is-sehem tagħhom tal-art kien iċken minn tal-oħrajn għax il-biċċa l-kbira minnhom tferrxu fost il-poplu biex jaqduh fil-bżonnijiet reliġjużi tiegħu.Fl-aħħar tal-ktieb (kap 23-24), insibu żewġ diskorsi li Ġożwè għamel lill-poplu, u li fihom saħaq kemm Alla kien ħanin u tajjeb magħhom. Poġġa quddiem il-Poplu l-magħżul din l-isfida:“Għalhekk issa ibżgħu mill-Mulej, u aqduh bir-reqqa u l-fedeltà” (24,14).It-taqsim tal-ktiebIl-kisba tal-art ta’ Kangħan (1,1—12,24)It-tqassim tal-art (13,1—21,45)L-art lejn il-Lvant tal-Ġordan (13,1-33)L-art lejn il-Punent tal-Ġordan fiċ-ċentru u n-Nofsinhar tal-Palestina (14,1—19,51)L-ibliet tal-kenn (20,1-9)L-ibliet tal-Leviti (21,1-45)It-tribujiet tal-Lvant jerġgħu lura lejn it-territorju tagħhom (22,1-34)Id-diskors ta’ tislima ta’ Ġożwè (23,1-16)It-tiġdid tal-patt f’Sikem (24,1-33)