1U ġietni l-kelma tal-Mulej u qalli:
2“La tiżżewwiġx, u ma jkollokx la subien u lanqas bniet f’dan il-pajjiż.
3Għax dan jgħid il-Mulej għas-subien u l-bniet li jitwieldu f’dan il-post, u dwar ommijiethom li jilduhom u għal missirijiethom li jnissluhom f’dan il-pajjiż:
4Għad imutu mifnija bil-mard, u ma jibkuhomx, ma jidfnuhomx, imma jħalluhom bħad-demel f’wiċċ ir-raba’. Jintemmu bix-xabla u bil-ġuħ, u l-iġsma tagħhom ikunu ikel għat-tajr tal-ajru u l-bhejjem tal-art.
5“Għax dan jgħid il-Mulej: ‘La tmurx f’dar il-vistu, la tmurx tibkihom, la tħennx għalihom, għax jien warrabt il-ħbiberija tiegħi, oraklu tal-Mulej, it-tjieba tiegħi u l-ħniena tiegħi minn dan il-poplu.
6“U jmutu l-kbar u ż-żgħar f’dan il-pajjiż; u ma jidfnuhomx, ma jibkuhomx, u ħadd ma jqatta’ ġismu u lanqas iqarweż rasu għalihom.
10“Jiġri li int tgħarraf ’il dan il-poplu b’dan il-kliem u huma jgħidulek: ‘Għaliex il-Mulej iħabbrilna din il-ħsara kbira kollha? X’inhija ħżunitna? X’inhuwa dnubna li għamilna kontra l-Mulej, Alla tagħna?
11“U inti tweġibhom: ‘Għaliex missirijietkom ħallewni, oraklu tal-Mulej, u marru wara allat oħra, u qdewhom u nxteħtu wiċċhom fl-art quddiemhom, u lili abbandunawni, u l-liġi tiegħi ma ħarsuhiex.Kastig doppju
16“Arawni! Jien nibgħat ħafna sajjieda, oraklu tal-Mulej, u jistaduhom. Imbagħad nibgħat ħafna kaċċaturi, u jmorru għalihom fuq kull muntanja u fuq kull għolja u f’kull xaqq blat.Il-konverżjoni tal-ġnus
19Mulej, qawwa tiegħi, fortizza tiegħi!
kenn tiegħi f’jum l-hemm!
Għandek għad jiġu l-ġnus,
minn truf l-art u jgħidlu:
“Gideb biss wirtu missirijietna,
frugħa bla ebda fejda.
20Jista’ l-bniedem jagħmel allat għalih
dawk li mhumiex allat?”
21Għalhekk għad nurihom jien,
nurihom din id-darba,
idi u l-qawwa tiegħi,
u jkunu jafu li ismi hu Jaħweh!”
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.