1Dan qalli l-Mulej: “Mur u ixtri ħżiem tal-għażel għal qaddek, u dawru ma’ ġenbejk bla ma xxarrbu bl-ilma.”
2U jien mort nixtri l-ħżiem bħalma qalli l-Mulej, u dawwartu ma’ ġenbejja.
3Għat-tieni darba kellimni l-Mulej u qalli:
4“Aqbad il-ħżiem li xtrajt, li hemm ma’ ġenbejk; qum, mur ħdejn ix-xmara Ewfrat, u aħbih hemm f’xaqq ta’ blata.”
5U jien mort ħbejtu ħdejn l-Ewfrat, kif qalli l-Mulej.
6Wara ħafna żmien il-Mulej raġa’ kellimni u qalli: “Qum, mur ħdejn l-Ewfrat, u ħu minn hemm il-ħżiem li jien ikkmandajtek taħbi hemm.”
7U mort ħdejn l-Ewfrat, ħaffirt, u ġbart il-ħżiem minn fejn kont ħbejtu. U l-ħżiem sibtu mherri u ma jiswa għal xejn.
8U l-Mulej raġa’ kellimni u qalli.
9“Dan jgħid il-Mulej: Hekk inxejjen il-kburija ta’ Ġuda u l-kburija bla qjies ta’ Ġerusalemm.Ix-xbieha tal-ġarra
12“U int għidilhom ukoll dan il-kliem: ‘Dan jgħid il-Mulej Alla ta’ Iżrael: Kull ġarra timtela bl-inbid.’ U huma jweġbuk: ‘Ma nafux li kull ġarra timtela bl-inbid?’
13U int tweġibhom: ‘Dan jgħid il-Mulej: Arawni, se nimla bis-sokor in-nies kollha li jgħammru f’din l-art, u s-slaten li qegħdin fuq it-tron ta’ David u l-qassisin u l-profeti, u n-nies kollha ta’ Ġerusalemm.Sejħa għall-indiema
15Isimgħu u agħtu widen, la titkabbrux,
għax il-Mulej tkellem.
16Agħtu glorja lill-Mulej,
qabel ma jidlam
u qabel ma jitfixklu riġlejkom
fuq il-muntanji bejn dawl u dlam.
Intom tistennew id-dawl,
imma hu jibdlu fis-swied,
sa ma jagħmlu dlam.
17Jekk intom ma tisimgħux,
nibki mqar bil-moħbi minħabba kburitkom.
Għajnejnna jiddemmgħu u jxerrdu d-dmugħ,
għax eżiljaw il-merħla tal-Mulej.Tehdid ta’ eżilju
18Għid lis-sultan u lir-reġina-omm:
“Inżlu u oqogħdu ’l isfel,
għax waqgħet minn fuq raskom,
il-kuruna tal-glorja tagħkom.”
19L-ibliet ta’ Nofsinhar magħluqa,
ma hemmx min jiftaħ.
Ġuda kollu eżiljat,
eżiljat għalkollox.
L-għajb ta’ Ġerusalemm20Għollu għajnejkom u araw
min ġej mit-Tramuntana.
Fejn hi l-merħla li ngħatat lilek,
in-nagħaġ sbieħ tiegħek?
21Xi tgħid meta jqegħdulek fuqek b’ħakkiema,
dawk li int stess darrejt għal miegħek?
Ma jaqbdekx uġigħ ta’ mara fil-ħlas?
22Int tgħid f’qalbek:
‘Għaliex ġrali dan?”
Minħabba l-kobor tal-ħażen tiegħek,
refgħulek djulek u għarqbejk kixfulek.
23Jaqaw ibiddel ġildu l-Kusi;
jew il-ljupard tbajjietu?
Daqshekk ieħor tistgħu tagħmlu t-tajjeb,
mdorrijin kif intom fil-ħażen.
24Inxerridhom bħall-karfa
imtajra mir-riħ tad-deżert.
25Din hi xortik, is-sehem li jmissek minni,
oraklu tal-Mulej.
Għax inti nsejtni,
u ttamajt fil-gideb.
26U jien ukoll nerfagħlek
djulek fuq wiċċek,
biex b’hekk għawarek jidher.
27Jien rajt qżiżijietek:
l-adulterji u t-tnegħim tiegħek,
l-għajb taż-żina tiegħek
fuq l-għoljiet fil-beraħ.
Gwaj għalik Ġerusalemm!
Ma titnaddaf qatt!
Kemm se ddum hekk?
Who We AreWhat We EelieveWhat We Do
2025 by iamachristian.org,Inc All rights reserved.